Saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol
pr1322
05/11/2003
| “Bit-tagħlim | u t-taħriġ fl-iskejjel, il-kultura ta’ saħħa u sigurtà (Health and Safety) f’kull livell u f’kull qasam tal-ħajja jenħtieġ isir parti min-natura tagħna”. Dan sostnieħ il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea waqt li kien qed jindirizza seminar li ġie organizzat għal 107 ħaddiem tas-Sezzjoni tal-Manutenzjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni. |
| Il-Ministru | Louis Galea qal li l-inċidenti li seħħew dan l-aħħar poġġew il-lenti fuq il-bżonn ta’ aktar sens ta’ sensibilità dwar x’inhuma r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà fl-iskejjel u fil-postijiet tax-xogħol tagħna. Filwaqt li kulħadd jaf li diffiċli niksbu sitwazzjoni perfetta, hu mistenni minna li naħdmu biex kemm hu umanament possibbli, nkunu qed nagħmlu dak kollu meħtieġ biex nevitaw ir-riskji u nħarsu s-saħħa u l-ħajja ta’ dawk kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħna. |
| Filwaqt | li ċerti diżgrazzji jgħallmuna u jagħmluna aktar sensittivi għal xi qasam partikolari, il-Gvern ilu jaħdem biex l-iskejjel jibda jkollhom l-istrutturi, l-apparat u l-appoġġ meħtieġ biex jiżdiedu l-għarfien u l-assikurazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà. Il-Ministru qal li sa mill-1990, id-Diviżjoni ħatret uffiċjal biex isegwi dan il-qasam u minn dak iż-żmien ’l hawn ittieħdu diversi inizjattivi u komplew jevolvu l-istrutturi. |
| F’dawn | l-aħħar ħames snin fid-Divizjoni ta’ l-Edukazzjoni hemm Direttur li ingħata responsabbiltà speċifika għal dan il-qasam, u nħoloq il-post ta’ Assistent Direttur għas-Saħħa u s-Sigurtà fl-iskejjel. Fl-1999 ħarġu wkoll sejħiet u nħatru numru ta’ Health and Safety Teachers fl-iskejjel sekondarji u numru ta’ Health and Safety Teachers li jkopru l-iskejjel primarji. |
| Il-Ministru | qal li bħalissa hemm 47 għalliem fl-iskejjel sekondarji u tmienja fl-iskejjel primarji. Ir-rwol ta’ dawn l-għalliema hu li jkunu sors ta’ informazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà, jiggwidaw lill-iskola dwar x’għandu jsir biex ikun hemm ambjent aktar san u protett, u jippromwovi kultura ta’ saħħa u sigurtà fost l-istudenti, l-għalliema u l-bqija ta’ l-istaff ta’ l-iskola. Il-Health and Safety Teachers jagħmlu wkoll ‘risk assessment’ biex ikunu jafu x’inhuma l-perikli li jista’ jkun hemm u allura x’hemm bżonn isir biex jitnaqqsu jew jiġu eliminati dawn il-perikli. Dawn l-għalliema jgħinu wkoll biex jinħolqu pjani ta’ evakwazzjoni u biex l-iskola jkollha l-apparat meħtieġ. Isir ukoll taħriġ kontra periklu min-nirien u sessjonijiet ta’ informazzjoni. Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni tagħti priorità assoluta fuq xogħlijiet oħra li jirrapportaw il-Health and Safety teachers. |
| Il-Ministru | qal li kulħadd għandu jħossu responsabbli u li dak li nagħmlu fl-iskejjel tagħna jiswa doppju, l-ewwelnett għax inkunu qed nassiguraw ambjenti aktar sani u protetti fl-iskejjel u t-tieni għax inkunu qed ngħallmu lill-istudenti u ndaħħlu fihom din il-kultura. |
| Il-Ministru | Louis Galea ħabbar ukoll li flimkien mal-Ministru tat-Trasport u Kommunikazzjoni, qed jieħu sehem f’diskussjonijiet bejn id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni u l-Awtorità Dwar it-Trasport. F’dawn il-laqgħat qed jiġu kunsidrati ir-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mir-Rapport ta’ l-Inkjesta dwar l-inċident li fih sfat korruta studenta, waqt li kienet qed tuża t-trasport pubbliku ta’ l-iskejjel tal-Gvern. Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni u l-Awtorità tat-Trasport qed jaħdmu flimkien biex jaraw x’miżuri oħra jistgħu jittieħdu biex is-servizz tat-trasport tat-tfal ta’ l-iskejjel ikun hemm ħarsien sħiħ tar-regolamenti u l-kundizzjonijiet. |
| Il-Ministru irringrazzja lil dawk kollha involuti biex sar dan | is-seminar u ppreżenta ċertifikati ta’ attendenza lil dawk kollha preżenti. Hu qal li l-ħaddiema kollha, imma partikolarment dawk li jaħdmu mas-sezzjoni tal-manutenzjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, filwaqt li jridu jkunu mħarrġa tajjeb, iridu jipprattikaw dak li jkunu tgħallmu u jużaw l-apparat kollu ta’ sigurtà kemm għas-sigurtà tagħhom stess, kif ukoll għas-sigurtà ta’ dawk kollha li jkunu madwarhom. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en