Left arrow Go Back

Irridu nsaħħu l-effiċjenza fl-operat tal-Port Ħieles

pr1321
Date Icon 05/11/2003
Illumġie ffirmat ftehim bejn il-Malta Freeport u l-MCAST, bl-iskop li l-ħaddiema tal-Port Ħieles jibdew jingħataw taħriġ vokazzjonali li jkun ċertifikat mis-SEMTA, l-organizzazzjoni li tiċċertifika taħriġ vokazzjonali għall-Inġiniera.
F’diskors li għamel, il-Ministru Gatt irreferagħall-ftehim storiku milħuq dwar it-Tarzna, u spjega li l-ftehim kien xprunat mill-fatt li l-partijiet kollha nvoluti għarfu li r-realtajiet inbidlu. “Wasal iż-żmien li ma nibqgħux ninjoraw u nagħtu dahrna lir-realtajiet,” qal Austin Gatt.
Il-MinistruGatt saħaq li anke fil-Port Ħieles, ir-realtajiet ma nistgħux nibqgħu ninjorawhom. Huwa spjega kif fil-qasam tal-port hieles, il-Malta Freeport qed jikkompeti ma’ diversi Freeports oħra fir-reġjun, u l-għażla bejn port u ieħor tiġi deċiża minn ftit operaturi. Is-suċċess li ksibna fil-Malta Freeport inkiseb għax kullħadd stinka u ħadem għalih, madanakollu rridu noqogħdu attenti għax il-kompetizzjoni f’dan is-suq, hija ħarxa.
Il-MinistruGatt fisser li s-suq huwa determinat minn ftit operaturi u kull ċenteżmu jgħodd. Il-Ministru enfasizza l-fatt li  rridu nsaħħu l-kompetittività tal-port ħieles Malti. Huwa spjega li dan ma jistgħax isir b’ħaddiema tax-xatt li jaħdmu bi prattiċi ta’ xogħol eżistenti, u li ġew mfassla fis-sittinijiet u għadhom qed jitħaddmu sal-lum. Dawn qed jiswew lil Malta Freeport flus kbar, u qed joħonqu l-kompetittività tal-Malta Freeport.
Il-MinistruGatt spjega li biex insaħħu l-kompetittività tal-Port Ħieles Malti, rridu naraw li fin-negozjati li mistennija jibdew fil-viċin dwar is-servizzi provduti mill-ħaddiema tax-xatt lil Freeport Malti, dawn il-prattiċi jiġu aġġornati biex jkunu jirriflettu r-realtajiet tal-lum.
Il-MinistruGatt semma wkoll li l-Gvern għaddej b’diskussjoni attiva dwar il-privatizzazzjoni tal-Port Ħieles. Huwa qal li anke f’dan il-kuntest, it-tisħiħ tal-effiċjenza fl-operat hija essenzjali.
Il-MinistruGatt iddeskriva l-okkażjoni ta’ l-iffirmar tal-partnership bejn il-Malta Freeport u l-MCAST, bħala pass importanti fit-tkomplija tat-tisħiħ tar-riżorsi umani. Huwa fisser li r-riżorsi umani huma riżors essenzjali fl-operat tal-Port Ħieles, għax minkejja li tista’ tinvesti f’tagħmir modern u sofistikat, fl-aħħar mill-aħħar huma r-riżorsi umani li jridu joperawhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow