Left arrow Go Back

It-titjib fl-impjanti sportivi jkabbar it-turiżmu sportiv f’pajjiżna

pr1318
Date Icon 05/11/2003
Is-setturturistiku Malti kien qed jinbena fuq diversi niċeċ li joħolqu minn pajjiżna esperjenza sabiħa għal min iżurna. Dan intqal mill-Onor.  Francis Zammit Dimech, Ministru ghat-Turizmu meta ndirizza lill-istampa dwar l-organizzazzjoni ta’ l-ewwel International Open Championship taz-Zfin Sportiv.
FrancisZammit Dimech qal li l-fatt li t-temp f’Malta hu sabiħ għall-parti l-kbira tas-sena u li f’pajjiżna għandna impjanti sportivi moderni jagħmel lil Malta attrazzjoni fost sportivi li ma jkunux jistgħu jipprattikaw id-dixxiplini sportivi favoriti tagħhom.
Il-Ministrugħat-Turiżmu qal li n-niċċa sportiva fis-settur turistiku setgħet tikber bħala riżultat ta’ l-investiment li sar mill-Gvern u mis-settur privat f’impjanti sportivi. Hu qal li l-Gvern kien bena kumplessi sportivi f’Għawdex u fil-Kottonera filwaqt li kien qed jibni kumpless ieħor fil-Karwija. Inbena ukoll kumpless nazzjonali għall-għawm bi swimming pool modern u attrezzat f’Tal-Qroqq. Fl-istess waqt ġew modernizzati l-faċilitajiet sportivi fil-Marsa. Dawn jinkludu ground għall-football u l-atletika, faċilitajiet għal-logħob tal-polo u dixxiplini sportivi oħrajn flimkien  ma’ korsa taż-żwiemel.
Il-Ministrugħat-Turiżmu qal li f’diversi kulleġġi u skejjel illum hemm padiljuni sportivi attrezzati bl-aktar faċilitajiet moderni li qed jagħtu kontribut qawwi għall-isports f’pajjiżna.
Il-MinistruZammit Dimech qal li setturi oħra importanti fin-niċċa sportiva kienu l-underwater diving u l-yachting. Hu qal li Malta kienet tattira kull sena madwar 60,000 persuna – bejn għaddasa u l-qraba tagħhom – għal  dan it-tip ta’ sport,  u eluf oħra li kienu jżuru pajjiżna bil-yachts. Hu qal li l-yachting kien qiegħed dejjem jikber pass pass, maż-żieda fl-irmiġġi li fl-aħħar sena biss żdiedu b’madwar 400 biex illum għandna 1,500 irmiġġ. Hu qal li Malta kienet qed issir popolari mat-tiġrijiet tal-yachts tant li hemm numru minn dawn li daħlu fil-kalendarju turistiku ta’ pajjiżna.
FrancisZammit Dimech qal li ż-żfin sportiv tant kien qed isir popolari li hemm proposti biex dan jifforma parti minn kompetizzjonijiet internazzjonali ta’ l-isport. Il-Ministru għat-Turiżmu qal li l-International DanceSport Federation, li kienet tirrapreżenta 80 pajjiż, kienet qablet li jsiru f’Malta l-First International IDSF Malta Open Competitions. Pajjiżna joffri faċilitajiet għal dan it-tip ta’ sport tant li din il-kompetizzjoni internazzjonali ta’ żfin – li  għaliha kienu ġejjin kompetituri mill-Filippini, l-Litwanja, ir-Russja, l-Italja, l-Ingilterra, l-Awstrja, il-Ġermanja u Franza – kienet  se tinżamm fin-New Multipurpose Hall fl-Universita’ ta’ Malta.
Il-Ministrugħat-Turiżmu fakkar li t-turiżmu u l-isport kienu jimxu flimkien. Hu qal li t-turisti li kienu jżuru pajjiżna biex jipprattikaw id-dixxiplina sportiva tagħhom kienu qed jiżdiedu u dan kien jawgura li b’aktar titjib tal-prodott jżuruna aktar turisti ta’ dan it-tip.
FrancisZammit Dimech awgura lid-diriġenti tal-Malta Dance Sport Association u lill-parteċipanti kull suċċess fl-inizjattiva tagħhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow