Left arrow Go Back

Sussidji fuq tadam

pr1316
Date Icon 04/11/2003
Id-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura fil-Ministeru għall-AffarijietRurali u l-Ambjent jinforma lill-bdiewa li jkabbru t-tadam, li għas-sena d-dieħla l-pagamenti jew sussidji fuq it-tadam għall-ipproċessar ser jingħataw lilhom direttament. Dan ser isir a bażi tal-produzzjoni, jiġifieri l-ammont ta’ kilogrammi li jinxtara mill-proċesuri, u fuq art agrikola ta’ mhux aktar minn 600 ettaru.
Għaldaqstant, bħal ma kien imħabbar xhur ilu,mis-sena d-dieħla l-pagamenti mhux ser jibqgħu jingħataw lill-proċessuri kif kien isir sa’ llum.
Fix-xhur li ġejjin ser jitwaqqfu għaqdiet ta’produtturi fis-settur tat-tadam ukoll u dan għandu jgħin biex is-settur ikompli jorganizza ruħu aħjar, u dan fl-aqwa interess tal-bdiewa u l-proċessuri.
Id-Dipartiment ifakkar li s-sussidju fuq tadamgħall-istaġun li ġej ser ikun ta’ 7 ċenteżmi kull kilo u dan ifisser li l-prezz minimu għall-bdiewa ser jerġa’ jkun ta’ 9 ċenteżmi kull kilo.
Id-Dipartiment jifraħ lill-proċessuri tallieffettivament raħħsu l-prezz tal-prodotti tagħhom kif kien mistenni u jħeġġiġhom ikomplu jaħdmu għal kwalità dejjem aħjar u l-użu ta’ tadam lokali fil-produzzjoni ta’ prodotti tipiċi bħalma hi l-kunserva.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow