Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-PRIM MINISTRU

pr1312
Date Icon 03/11/2003
Il-bieraħ il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, f’diskors li għamel f’Ħal-Qormirrefera b’mod partiġjan għall-proċeduri kriminali li għaddejjin bħalissa kontra l-ex Imħallfin Noel Arrigo u Patrick Vella.
Nixtieq infakkar lil Dottor Sant li fl-1 ta’ Awissu2002 jien kont bgħatt għalih u nfurmajtu bl-investigazzjonijiet li kienu għaddejjin dwar dan il-każ. Qbilna li din hija materja ta’ importanza nazzjonali. Qbilna li bl-ebda mod m’għandha tiġi trattata bħala materja ta’ politika partiġjana. Qbilna li kelli nsejjaħ konferenza stampa ħalli l-pubbliku jkun infurmat uffiċjalment. Irringrazzjajtu pubblikament talli fehem il-gravità tas-sitwazzjoni.
Jien mhux ser immur lura minn dan il-ftehim. Ngħidbiss li wieħed jgħid li jien tkellimt kif tkellimt għax b’xi mod ipprevedejt is-sentenza tal-Qorti ta’ l-Appell, huwa nieqes minn kull sens ta’ realtà u responsabbiltà. Il-Gvern irreżista f’kull stadju tal-Qorti r-rikors magħmul mill-ex Imħallfin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow