Left arrow Go Back

Ghotja ta’ apparat mit-‘TIP TOP’ lill-isptar Pawlu Boffa

pr1311
Date Icon 03/11/2003
Id-ditta TIP TOP tal-Fgura tat għotja ta’ apparat biex jintuża fid-Dipartimenttal-Fiżjoterpija fl-isptar Pawlu Boffa. Dan l-apparat gie ppreżentat lill-Ministru tas-Saħħa, l-Onor. Louis Deguara, fil-preżenza ta’ l-awtoritajiet ta’ l-isptar u l-fiżjoterapisti li se jużaw dan l-apparat.
Dan l-apparat li jiswa madwar Lm4,000 jikkonsisti fi treadmill,stationary bike, trampolines, treatment couches u free standing weights. Dan l-apparat bla dubju, se jkun ta’ benefiċċju għal numru kbir ta’ pazjenti li jagħmlu użu mis-servizzi ta’ fiżjoterapija ta’ dan l-isptar fejn matul is-sena li għaddiet saru ’l fuq minn 6,000 sessjoni ta’ terapija. Bosta pazjenti li jattendu fid-dipartimenti ta’ l-onkoloġija u n-newroloġija jkollhom il-ħtieġa ta’ riabilitazzjoni. Ilum pazjenti ta’ l-isptar Pawlu Boffa qegħdin jingħataw il-fizjoterapija fl-isptar stess mingħajr skariġġ bejn sptar u ieħor.
Il-Ministru tas-Saħħa irringrazzja lis-Sur JosephXuereb, direttur ta’ TIP TOP Ltd., ta’ din il-għotja u qal li dan l-apparat se jkun jikkumplimenta lis-servizzi bażiċi li jipprovdi l-gvern. Id-donazzjoni tat-TIP TOP hija turija ta’ solidarjeta’ fil-prattika fejn ditta bi snin ta’ suċċess, taqsam dan is-suċċess ma’ dawk li jinħtieġu l-għajnuna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow