Left arrow Go Back

Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent iniedi l-Limestone Heritage Week

pr1302
Date Icon 31/10/2003
Il-Gvern għandu l-ħsieb li fix-xhur li ġejjin iwaqqaf grupp ta’voluntiera li jkunu speċjalizzati fis-sengħa tal-bini u l-konservazzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ. Għal dan il-għan qed isiru tħejjijiet biex ikun hawn ċentru ta’ taħriġ apposta.
Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent,l-Onor. George Pullicino waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ngħataw aktar dettalji dwar l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Limestone Heritage Week.
Il-Ministru George Pullicino ħabbar ligħall-attivitajiet ippjanati, li se jkunu mifruxa fuq ħamest ijiem, ser ikun hemm parteċipazzjoni ta’ voluntiera Ingliżi u Belġjani, membri tal-British Trust for Conservation Volunteers, li se jingħaqdu ma’ xi voluntiera Maltin.
George Pullicino qal li dawn huma attivitajietmarbuta ma’ l-iżvilupp rurali ta’ pajjiżna li issa qed jingħata aktar importanza mill-Unjoni Ewropea, tant li dan l-iżvilupp huwa wieħed mir-riformi ewlenin imħabbra aktar kmieni din is-sena fil-politika agrikola komuni (CAP) tal-Unjoni Ewropea.
Hu qal li l-punt kruċjali tar-riforma hu li minnissa ‘l quddiem, is-sussidji mhux ser jibqgħu jiġu bbażati aktar fuq l-ammont ta’ produzzjoni mill-bidwi, iżda se tibda tingħata aktar għajnuna għall-proġetti ta’ żvilupp tal-kampanja u l-protezzjoni ta’ l-ambjent rurali fost affarijiet oħra.
It-taħdidiet dwar l-għajnuna li se tingħata mill-KummissjoniEwropea għall-konservazzjoni u ż-żamma tal-ħitan tas-sejjieħ, bħalissa qed ikunu finalizzati, waqt laqgħat li uffiċjali mill-Ministeru qed ikollhom fi Brussels.
Il-Ministru George Pullicino temm billi appellalill-pubbliku biex jipparteċipa fl-attivitajiet li se jsiru filwaqt li ħeġġeġ kemm lill-pubbliku kif ukoll lill-organizzazzjonijiet b’interess f’dan is-settur, biex ikunu minn ta’ quddiem biex jassiguraw li l-proġett maħsub mill-Gvern, jirnexxi.

Din hi t-tieni sena li fiha qed tkun organizzata din l-attivita’. L-attivitajiet li se jsiru bejn il-5 u l-10 ta’ Novembru jinkludu lectures pubbliċi u dimostrazzjonijiet ta’ bini ta’ ħitan. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mill-websitewww.limestoneheritage.com

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow