Left arrow Go Back

IR-RISTRUTTURAZZJONI TAT-TARZNARI

pr1301
Date Icon 31/10/2003
Illum il-Gvern irregistra zewg kumpanniji godda skondil-pjan ta’ ristrutturazzjoni tat-tarznari Maltin.
L-ewwel kumpannija li twaqqfet hija l-Malta ShipyardsLimited li ser tassumi l-funzjoni tat-tiswija ta’ vapuri, xoghol ta’ l-azzar u xoghol fuq jottijiet, li sal-lum kienu jsiru mill-Malta Drydocks Corporation u mill-Malta Shipbuilding Company Limited. Din-il-kumpannija ser ikollha madwar 1,700 impjegat. Il-Bord ta’ din il-kumpannija ser ikun maghmul mis-Sur John Cassar White bhala Chairman, u mid-diretturi s-Sur George Borg, is-Sinjura Helga Ellul, is-Sur Sergio Vella u s-Sur Austin Walker. Is-segretarju tal-Bord ser ikun is-Sur Ivan Borg.
It-tieni kumpannija li twaqqfet hija l-IndustrialProjects and Services Limited li ser tassumi l-funzjonijiet l-ohra li kellhom il-Malta Drydocks Corporation u l-Malta Shipbuilding Company Limited. Din il-kumpannija ser timpjega maghha lil dawk il-haddiema li jkun fadal wara li johorgu l-iskemi ta’ irtirar kmieni u rizenji volontarji lid-900 haddiem li mhux ser ikunu ngaggati mal-Malta Shipyards Limited. Il-Bord ta’ din il-kumpannija ser ikun maghmul mis-Sur Ivan Falzon bhala Chairman, u mid-diretturi is-Sur Mario Mizzi, is-Sur Vincent Mifsud u s-Sur Harold Walls. Is-segretarju tal-Bord ser ikun l-Avukat Joseph Caruana Scicluna.
Illum wkoll saret laqgha mal-membri tal-Kunsill tat-Tarznali ghaliha kienu prezenti l-Vici Prim Ministru u l-Ministru ghat-Teknologija ta’ l-Informatika u l-Investiment. F’din il-laqgha gew diskussi l-process ta’ ristrutturar ghaz-zewg tarznari u l-Ftehim Kollettiv negozjat mal-General Workers Union ghall-kumpanija Malta Shipyards Limited. Fl-ahhar tal-laqgha iz-zewg Ministri rringrazzjaw lill-membri kollha tal-Kunsill ghas-sehem li taw matul is-snin li ilhom iservu bhala membri.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow