Is-Segretarju ParlameNTari EDWIN VASSALLO jindirizza il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat
PR130
31/01/2003
| “L-Unjoni Ewropea timpenja lill-Gvern biex jara li f'pajjiżna jkun | hawn nies tas-sengħa li jkunu mgħejjuna biex jieħdu l-iżjed li jistgħu mill-opportunitajiet li joffri suq wieħed. Il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat għandu jkun il-promotur ewlieni ta' l-Artiġjanat Malti li jgħin biex ikattar in-nies tas-sengħa u jħajjarhom biex jidħlu għall-esperjenza tal-manifattura u l-esportazzjoni." |
| Dan kien il-messaġġ ewlieni tas-Segretarju | Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo, meta ndirizza l-laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat nhar l-Erbgħa, 29 ta' Jannar, fis-St. James Cavalier, il-Belt Valletta. Is-Sur Vassallo appella biex il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat jimxi fuq Pjan ta’ Ħidma u jkun l-ixprun fl-inizjattivi li jittieħdu fuq livell Nazzjonali fil-ħidma tal-promozzjoni u apprezzament ta' l-artiġjanat Malti. |
| Il-Pjan ta’ Ħidma tal-Kunsill Malti | għall-Artiġjanat għandu juri kif il-Kunsill ser jimplimenta iċ-Charter Ewropew għan-Negozji Żgħar b'referenza għas-settur ta' l-artiġjanat. Is-Sur Vassallo spjega kif id-direzzjoni li toffri l-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward qegħdha tgħin lill-Gvern itejjeb il-kwalita' tas-servizz li joffri lil min huwa Artiġjan. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li l-artiġjani huma | nies tas-sengħa u bħala mprendituri fis-settur tal-manifattura diġa' ser ikunu qed jibbenifikaw mill-Pjan ta’ Ħidma li tnieda mid-Diviżjoni għall-Kummerċ u s-Segretarjat fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi, iżda issa permezz tal-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Artiġjanat għandhom igawdu minn ħidma iżjed speċjalizzata. Huwa kompla qal li s-settur ta' l-artiġjanat huwa settur ta’ manifattura li ftit li xejn kien għadu jingħata mportanza f’pajjiżna. |
| Huwa spjega kif dan l-aħħar saret ħidma li | qegħdha tgħin biex iżjed artiġjani jkunu jistgħu jaħdmu fl-aħjar ambjent possibbli. Il-miljun u ħamsin elf lira li ntefqu fit-toroq tal-Ħandaq, l-Imrieħel u Ħaż-Żebbuġ kienu kollha nvestiment fl-artiġjanat. Is-simplifikazzjoni fil-ħruġ tal-liċenzji zgur li għen ukoll biex iżjed artiġjani jkollhom il-liċenzja tan-negozju tagħhom. Il-ħidma li qed issir biex ikollna iżjed żoni ndustrjali li jingħataw is-servizzi nfrastrutturali meħtieġa, ser igawdu minnha iżjed artiġjani wkoll. |
| B'sodisfazzjon, is-Segretarju Parlamentari Vassallo | semma kif l-Ambaxxati kollha li għandu pajjiżna qed kontinwament joffru iżjed opportunitajiet ta’ wirjiet fejn l-artiġjani jkunu jistgħu jesebixxu l-artiġjanat tagħhom. Huwa qal li ma tgħaddix ġimgħa li ma ssirx xi talba minn xi Ambaxxata barranija jew mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin għall-infomazzjoni, b'potenzjal kummerċjali dwar is-snajja Maltin. Huwa nnota wkoll il-ħidma tal-Kunsill fir-reġistrazzjoni ta' l-artiġjani u l-imprendituri li issa qabżet iżjed minn elf reġistrazzjoni. Dan jixhed l-interess li qed dejjem jikber fil-ħidma ta' l-istess Kunsill. |
| Is-Segretarju Parlamentari Vassallo semma wkoll id-direttorju | li kien pubblikat fi ktejjeb u issa jinsab ukoll on-line fuq il-web-site tal-Ministeru. Dawn huma kollha inizjattivi ta' kif il-Kunsill Malti għall-Artiġjanat qiegħed jagħmel promozzjoni lil dan is-settur biex iservi ta’ għajnuna biex l-artiġjani jkunu magħrufa fuq ix-xena internazzjonali. |
| Is-Segretarju Parlamentari Vassallo, wara li rrefera | għall-ħidma tal-Kunsill, temm b’dan l-appell: "Issa jonqos li flimkien intom l-artiġjani taraw kif tħajjru lill-imprendituri oħra jixtru l-prodotti tagħkom biex ikunu jistgħu joffru għall-bejgħ prodott lokali ta’ l-artiġjanat li fih valur miżjud. Il-kumitat eżekuttiv tal-Kunsill bir-rappreżentanza diretta tagħkom l-artiġjani, tridu taraw kif taħdmu aktar biex tippromwovu il-karatteristiċi uniċi tal-prodott tagħkom. Għamlu kuraġġ, kunu innovattivi. Dan huwa mument ta’ opportunitajiet. Araw li tgawdu minn suq akbar li qed jikber apposta biex intom tkunu l-ewwel nies li tgawdu." |
Other Press Releases:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931