DISKORS MILL-ONOREVOLI DR TONIO BORG, MINISTRU TA’ L-INTERN, FIL-BIDU TAL-25 KORS GHAR-REKLUTI L-GODDA TAL-PULIZIJA, VALLETTA – IT-TLIETA 7 TA` JANNAR 2003
PR13
07/01/2003
| Huwa ta’ sodisfazzjon kbir ghalija li qed nindirizza grupp iehor | imdaqqas ta’ aspiranti kundistabbli li ddecidew li jidhlu jiffurmaw parti mill-familja tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. |
| Dan huwa l-25 Kors li qed jigi organizzat mill-Akkademja | tal-Pulizija, mit-twaqqif taghha fl-1988, u l-hames wiehed f’din il-legizlatura. Bi pjacir nghid li wara li kellna waqfa ta’ sentejn f’dak li hu reklutagg, mill-1998 sal-lum fil-Korp dahlu 337 rekluta gdid jekk ninkludu l-102 li bdew il-Kors propju llum. |
| Nawguralkom mill-qalb kull success fil-kors li se | tibdew illum f’ l-Akkademja li mit-twaqqif taghha hadmet u ghadha qed tahdem bla heda, mhux biss biex tharreg lilkom u lil kull min bhalkom kien ghadu se jidhol Pulizija, izda wkoll biex tkompli tharreg lill-Pulizija ezistenti f’oqsma differenti. Biex naghti ezempju ta’ dawn il-korsijiet, illum Pulizija li ma jkunx ha kors u certifikat mill-Akkademja dwar l-isparar, ma jistax igorr arma fuqu. |
| Matul is-sena li ghaddiet biss, l-Akkademja | organizzat b'kollox 32 kors u seminars differenti inkluzi in service courses li ghalihom attendew b`kollox 523 Pulizija. |
| Il-bidu ta’ din is-sena kien sinifikanti hafna | ghall-Akkademja. Dan ghaliex mill-1 ta’ Jannar 2003, dahal fis-sehh il-Kodici tal-Ligijiet tal-Pulizija li huwa l-frott ta’ xhur twal ta’ hidma u konsultazzjoni intensiva li beda mal-Pubblikazzjoni tal-White Paper dwar is-suggett f’Awissu 2001. |
| Din is-sena l-Akkademja se taghlaq hmistax–il sena | u l-esperjenza taghha kienet wahda pozittiva ferm. Bis-sahha tal-Ligi tal-Pulizija, l-Akkademja qed titwaqqaf bis-sahha ta’ ligi u qed titmexxa minn Bord li fih persuni indipendenti mill-Korp. Din il-bazi legali lill-Akkademja qed jaghtiha gharfien gdid u tirrifletti aktar il-mod professjonali li bih qed jahdem il-Korp tal-Pulizija llum. |
| Hemm affarijiet ohra li dahlu fis-sehh permezz | tal-Ligi l-gdida li huma ta’ interess partikolari ghalikom ir-rekluti l-godda u anke ghall-pubbliku in generali. |
| Sabiex tizdied il-fiducja u l-kredibilità tal-Korp, | li minn dejjem kienet u ghadha qawwija, qed jitwaqqaf Bord tal-Pulizija kompost minn persuni barra l-Korp, li jkun jista’ jisma’ kull ilment mill-pubbliku dwar l-imgieba tal-membri tal-Korp. Dan il-Bord se jibda jopera mill-1 ta’ Marzu li gej u se jkollu bhala chairman lill-Imhallef Franco Depasquale li ftit gimghat ohra mistenni jirtira mill-kariga tieghu. |
| Dan il-Bord tal-Pulizija, minbarra li jisma’ u | jagixxi fuq l-ilmenti li jerqsu quddiemu, jista’ jibda jinvestiga hu stess, spontanjament kull kaz li jista’ jitfa’ dell ikrah fuq l-immagni tal-Korp, anke jekk ma jircevix rapport ta’ ilment. Il-Bord jista’ jisma’ ilmenti anke minn membri tal-Korp stess. Funzjoni ohra ta’ dan il-Bord huwa li jissorvelja l-proceduri dixxiplinarji fil-Korp. |
| Ghall-ewwel darba s-shubija tal-Pulizija fl-Assocjazzjoni | tal-Pulizija se tkun miftuha ghall-membri kollha u se tkun ukoll fuq bazi volontarja. L-Assocjazzjoni llum ghandha rwol aktar miftuh u qed tinghata lehen f’decizjonijiet ta’ natura socjali. Hemm ukoll il-Bord tan-Negozjati tal-Pulizija, li fih se jkun hemm ukoll membri ta’ l-Assocjazzjoni. Dan il-Bord jinnegozja dwar is-salarji u l-kundizzjonijiet tal-Pulizija u jekk ma jkunx hemm ftehim, fl-istruttura hemm ukoll l-arbitragg. |
| Matul dawn l-ahhar erbghin sena kibret il-kuxjenza | tal-poplu in generali b’mod partikolari dwar il-jeddijiet fundamentali tal-bniedem. Fil-qasam tal-Pulizija dawn l-izviluppi kienu diretti l-aktar lejn tishih tad-drittijiet tal-persuna arrestata meta din tkun fil-kustodja tal-Pulizija. F’dan id-dawl il-ligi tahseb ghal diversi bidliet importanti fosthom id-dhul ta’ Kodicijiet ta’ Prattika li jirregolaw l-imgieba tal-Pulizija f’diversi sitwazzjonijiet. Digà gie ppubblikat il-Kodici ta’ Prattika ghall-Interrogazzjoni ta’ persuni arrestati. Qed jigu wkoll spjegati is-setghat tal-Pulizija fuq il-propjetà privata kif ukoll dwar l-uzu tal-Forza mill-membri tal-Korp. |
| Bis-sahha tal-Ligi l-gdida qed jidhol fis-sehh | il-Programm ta’ Protezzjoni tax-Xhieda. Dan il-programm ikun japplika ghal dawk il-persuni li jkunu lesti li jixhdu fil-process ta’ xi partecipant f’delitt. Il-Qorti tista’ tippermetti lil dan ix-xhud biex jaghti x-xhieda tieghu viva voce matul il-process izda jigi fizikament separat mill-akkuzat jew jixhed permezz ta’ trasmissjoni televiziva kontemporanja. |
| Il-programm jista’ jipprovdi wkoll | ghall-protezzjoni tal-hajja u l-propjetà tax-xhud li jkun ammess fil-programm. Malta tista’ wkoll taghmel ftehim ma’ pajjizi barranin, fuq bazi ta’ reciprocità, dwar l-ghajnuna fl-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ harsien tax-xhieda. Fuq l-istess linji, is-smigh ta’ xhieda vulnerabbli fosthom tfal taht l-età jew vittmi ta’ delitti kontra l-unur tal-familja u kontra l-morali jew li skond il-Qorti jehtiegu trattament specjali, jistghu jixhdu minn post iehor permezz ta’ trasmissjoni televiziva. |
| Il-kriminalità moderna titlob reazzjoni soda min-naha | tal-Forzi ta’ l-ordni, l-aktar fid-dawl tal-fatt li qed inhabbtu wiccna mat-tip ta’ kriminalità internazzjonali li titlob aktar koperazzjoni bejn il-pajjizi biex tigi ffacjata b’mod effettiv. |
| Il-ligijiet ta’ pajjizna ghaddew minn bidliet | estensivi li taw aktar poteri specjali lill-Pulizija, anke bl-emendi li saru fil-Kodici Kriminali li ntroduciet reati godda u harrxet il-pieni ta’ reati ezistenti. Il-Pulizija inghataw poteri specjali ta’ investigazzjoni; il-konfiska ta’ flus u propjetà li jkunu gejjin minn reati serji u anke ffrizar ta’ flus jew propjetà ta’ l-akkuzat, il-piena massima ta’ ghomor il-habs ghal reati ta’ traffikar ta’ droga, l-ezekuzzjoni f’Malta ta’ digrieti, ordinijiet u sentenzi mahruga minn Qrati barranin, huma kollha mezzi li taw sahha gdida lill-Forzi ta’ l-Ordni biex jikkumbattu l-forom godda ta’ kriminalità. Dawn il-poteri jridu jigu bilancjati b’kontrolli u salvagwardji godda, u l-ligi li dahlet fis-sehh fil-bidu ta’ din is-sena hija pass f’din id-direzzjoni. |
| Hija din ir-realtà l-gdida li ghaziltu li tiffurmaw | parti minnha. M’hijiex hajja facli, dik ta’ pulizija u ghalhekk insostni, ghalkemm tista’ tinstema bhala clichè, li x-xoghol ta’ Pulizija mhux semplici impjieg izda huwa vokazzjoni. Huwa sejha li jekk tittiehed bis-serjetà tista’ taghti hafna sodisfazzjon, l-aktar dak li nkunu nistghu nghixu f’komunità aktar sikura fejn ic-cittadini jistghu jghixu b’aktar serhan tal-mohh. |
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en