JUM IT-TIFKIRA - IL-HADD, 9 TA' NOVEMBRU, 2003
pr1293
30/10/2003
| Jum | it-Tifkira, li huwa ccelebrat fil-pajjizi kollha tal-Commonwealth, b'gieh il-vittmi kollha taz-zewg Gwerer Dinjija, se jkun imfakkar f'Malta nhar il-Hadd, 9 ta' Novembru, 2003. |
| F'din | l-okkazjoni, il-Kapitlu Metropolitan se jfakkar il-Vittmi tal-Gwerer, b’Quddiesa Koncelebrata fil-Kon-Katidral ta' San Gwann, Valletta fid-9.15 ta' filghodu. |
| Qabel | il-Quddiesa, il-President ta' Malta jispezzjona Gwardja ta' l-Unur maghmula mill-Forzi Armati ta' Malta, fi Pjazza San Gwann. Tiehu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati. |
| Wara, | fil-10.40 ta’ filghodu, issir cerimonja ta' Tifkira fuq il-Monument tal- Gwerra fil-Floriana. Matul din ic-Cerimonja jitqieghdu kuruni mill-ghola awtoritajiet nazzjonali u persuni distinti flimkien ma’ ghaqdiet ohra li ser jattendu wkoll ghall-Quddiesa. |
| Il-Forzi | Armati ta' Malta u Kontingent mill-Korp tal-Pulizija se jifformaw flimkien Gwardja ta' l-Unur ghal matul ic-Cerimonja tat-Tqeghid ta' Kuruni. Jiehdu sehem ukoll kontingent ta' ex-Servicemen mir-Royal British Legion. |
Korpi Kostitwiti u Ghaqdiet ohra li jixtiequ jippartecipaw fic-Cerimonja fuq il-Monument tal-Gwerra, billi jqieghdu kuruni, ghandhom javzaw lill-Kumitat Festi Nazzjonali, fuq in-numru tat-telefon 2124 7241 jew permess ta’ e-mail fuq l-indirizz eletroniku: antonmiceli@maltaculture.com
L-Appell tradizzjonali ta' Jum it-Tifkira mill-Poppy Day Appeal Fund, bhala ghajnuna lil dawk il-Maltin li kienu fis-Servizzi u lid-dipendenti taghhom isir matul il-granetbejn 5 u 9 ta' Novembru, 2003.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en