DISKORS MILL-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHALL-GUSTIZZJA U L-INTERN FL-OKKAZJONI TAL-JUM EWROPEW GHALL-GUSTIZZJA CIVILI - Qrati tal-Gustizzja, Valletta - 29 ta’ Ottubru, 2003
pr1283
29/10/2003
| Sinjuri | Imhallfin, Sinjuri Magistrati, Sinjuri Avukati u Prokuraturi Legali, Mistiedna distinti. |
| Ebda | socjeta’ ma tista’ tiftahar li hija wahda civilizzata jekk ma jkollhiex fi hdanha sistema legali li tipprotegi u tiggarantixxi d-drittijiet tac-cittadini taghha b’mezzi efficjenti u effikaci. Illum f’dawn l-jiem niccelebraw dan l-principju. Niccelebrawh ghax huwa vitali ghalina li nifhmu li l-ixjeh pilastru tas-socjeta’ demokratika Maltija hija hajja u mimlija sahha. Ghalhekk hassejna l-bzonn li norganizzaw din il-gurnata fejn kull min jixtieq jigi jara u jifhem kif tahdem l-amministrazzjoni tal-gustizzja jista’ jaghmel dan liberament. Hadna hsieb naghtu spazju u spjegazzjoni lil numru ta’ skejjel sekondarji sabiex igibu lill-ulied taghna halli jkollhom kuncett aktar car ta x’inhija l-Qorti. |
| Dan | qed jsir ghax numru ta’ drabi wiehed jisma’ min ma japprezzax bizzejjed dak li jsir hawn f’dan il-post. Hadd hlief min jahdem ta’ kuljum u jdur l-awli ma jista’ japprezza kemm hidma ssir. Ghadu qatt ma sar studju ta’ kemm sieghat ta’ xoghol jigu dedikati mill-gudikanti taghna, l-assistenti-gudizzjarji, mill-avukati, il-prokuraturi legali, l-ufficjali u l-impjegati sabiex jitmexxa ’l quddiem il-process gudizzjarju; izda cert li r-rizultat ghandu jkun li hawn gew issir hidma barra min-normal. U jrid u ghandu jinghad li ebda sistema gudizzjarja ma tista’ timxi ’l quddiem jekk ma jkollhiex il-koperazzjoni ta’ dawn l-persuni. |
| Dan | huwa pajjiz li haddan ghat-tajjeb il-principju kostituzzjonali ta’ l-indipendenza u l-imparzjalita’ tal-gudikatura. Kuncett wiesgha li minkejja li ilu zmien twil maghna, xorta wahda ghad ghandu ghelieqi fejn jigi zviluppat fid-dimensjonijiet u c-cirkostanzi moderni li socjeta’ Ewropea u moderna bhal taghna tesigi. Il-pozizzjoni tal-gudikant hija wahda li filwaqt li hija “accountable” lejn min hatarha u cioe’ s-socjeta’ li tahdem fiha, pero’ trid tigi garantita ambjent tajjeb ta’ xoghol. Fejn il-pozizzjoni u l-poteri moghtija mil-ligi jigu ezercitati u anzi jkomplu jigu ssudati sabiex ikollna sistema efficjenti, gusta u veloci ta’ kif process legali jigi mibdi u mitmum minghajr problemi bizantini. |
| Tul | dawn l-ahhar snin ippruvajna nibdlu l-mentalita’ billi l-ewwel dhalna ghall-process, li permezz tieghu nassiguraw aktar accessibilita’ permezz tal-vantaggi li t-teknologija taghti. Nemmnu li qeghdin f’socjeta’ fejn m’huwiex biss importanti li l-istatistika u l-figuri huma pubblici, izda dan id-dritt ghall-informazzjoni jista’ jigi ezercitat b’facilita’ u mill-kumdita’ tad-dar jew ta’ l-ufficcju. Illum il-gurnata l-website tal-gustizzja tinkludi fost l-ohrajn l-istatistika ta’ kull xahar ta’ kemm kawzi jidhlu u kemm jigu decizi. Mhux hekk biss, izda s-sentenzi moghtija jidhru ukoll fit-test taghhom. Fuq dan nisperaw li nkomplu nibnu sabiex nipprovdu l-kontabilita’ li wiehed jistenna f’socjeta’ demokratika, ghax din fl-ahhar tal-gurnata, filwaqt li zzid l-efficjenza, turi bic-car li kull cittadin jista’ jsegwi x’qieghed jigri fil-hidma taghna. |
| Ma’ | dan, b’numru ta’ emendi li saru s-sena li ghaddiet, introducejna wkoll numru ta’ riformi ntenzjonati sabiex inaqqsu numru ta’ anomaliji fil-procedura, li, flok kienu qed jghinu sabiex process jithaffef, kienu huma l-kagun ta’ dewmien. Il-poter moghti lill-Ministru tal-Gustizzja ghad-dhul ta’ numru ta’ proceduri permezz ta’ l-avviz legali jippermetti tibdil aktar veloci u inqas fit-tul ghall-esigenzi tal-mument. Il-Gvern jemmen li l-procedura qeghda hemm sabiex thaffef il-kawzi u mhux tkun hi stess ir-raguni ta’ telf ta’ zmien. |
| Fejn | hdimna hafna fuq din il-linja, bhal per ezempju fit-Tribunal ghat-Talbiet iz-Zghar, sibna li ssarrfet fi storja ta’ success. Dan is-success jikkonfermawh il-figuri ghaliex mis-sena 2000 sa’ llum, f’dan it-Tribunal gew introdotti 9,135 kawza li minnhom gew decizi 7,836. Ghalhekk ser nibqghu nharsu b’attenzjoni lejn dan is-settur sabiex inkomplu nissudaw idejn il-ligi biex id-drittijiet tac-cittadini jissarrfu ahjar ghax aktar ma l-procedura tkun semplici fejn ikun hemm inqas enfasi fuq proceduri bil-miktub iwasslu ghal aktar velocita’ u dan mhux biss tul il-kawza izda anki fl-ezekuzzjoni tas-sentenzi. |
| F’dan | id-dawl irid jinghad ukoll li m’hemmx dubbju li l-process li nbeda ftit snin ilu sabiex jissudaw process alternattiv ta’ fejn kwistjonijiet legali jistghu jinhelsu minghajr kawzi fil-Qorti, ghandu jitkompla. It-twaqqif tac-Centru tal-Arbitragg irid ikompli jigi zviluppat sabiex innaqqsu l-kawzi li jahlu hin prezzjuz u jidhlu ghal spejjes meta jistghu jinghataw attenzjoni aktar u li jixirqilhom, quddiem arbitru. |
| L-istess | ghandu jinghad ghat-twaqqif ta’ process ta’ medjazzjoni li jaf iservi huwa ukoll sabiex kawzi li diga’ nbdew jew jigu transatti jew jigu identifikati aktar malajr il-punti in litigazzjoni. Dan huwa settur li rridu ndahhlu b’attenzjoni izda b’determinazzjoni sabiex inbiddlu l-kultura legali tal-poplu ghax ma huwiex necessarju li min ma jaqbilx irid bil-fors jiftah kawza bil-konsegwenzi kollha taghha. |
| Il-ligi | hija necessarja f’kull socjeta’ ghax tiggarantixxi l-paci u l-istabilita’ tac-cittadini taghha. Izda tissarraf f’kemm sistema gudizzjarja kapaci ggib il-kelma miktuba fi drittijiet li jiehdu l-forma malajr. |
| M’huwiex | process facli izda huwa wiehed li jitlob attenzjoni kontinwa. Dan qed nippruvaw inwettquh bil-pacenzja u b’determinazzjoni sabiex intejbu is-sistema li ghandna. Grazzi. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en