Left arrow Go Back

AKTAR SERVIZZI TA’ ‘M-GOVERNMENT’ BIEX IL-PUBBLIKU JINQEDA’ AĦJAR

pr1282
Date Icon 29/10/2003
Meta attenda għat-tnedija tas-servizz tal-‘m-Government’,li permezz tiegħu tintbagħat informazzjoni fuq it-telefon ċellulari dwar depożiti diretti ta’ servizzi soċjali, il-Ministru Gatt fisser li dan is-servizz huwa wieħed li potenzjalment jista’ jintuża minn madwar 27,000 persuna li jirċievu madwar 46 benefiċċju li jagħti d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Il-Ministru Gatt kompla li l-‘m-Government’ huwaparti mill-isforz tal-Gvern li kemm jista’ jkun kulħadd ikollu aċċess għas-servizzi elettroniċi tal-Gvern, u m’hux biss dawk li għandhom kompjuter u Internet fid-dar jew fuq il-post tax-xogħol. Illum persuna jista’ jkollha aċċess ukoll mill-Internet Centres f’kull Kunsill Lokali jew mill-Webphones f’kull raħal f’Malta u Għawdex. Minbarra dan, is-servizzi elettroniċi tal-Gvern issa qed jingħataw ukoll permezz tal-mobile phones li huma f’idejn anke min m’għandux, jew ma jafx, juża l-kompjuter.
Il-Ministru Gatt fisser li l-‘m-Government’ hijainnovazzjoni għal kollox Maltija li tuża t-teknoloġija żviluppata lokalment. Huwa spjega li l-‘m-Government’ ġie żviluppat grazzi għall-koperazzjoni bejn il-Vodafone, il-GoMobile u l-MITTS.
Austin Gatt għamel referenza għal fatt li din l-inizjattivaġiet ippremjata mill-Kummissjoni Ewropea bħala best practice model għall-pajjiżi Ewropej, biex jintuża ħalli l-Ewropa tilħaq l-oġġettivi ta’ l-‘eEurope 2005’, bl-iskop li l-Ewropa ssir l-aktar parti tad-dinja li tuża bil-għaqal it-teknoloġiji, biex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd.
Il-Ministru Gatt kompla li s-servizz tal-lum huwafrott il-hidma flimkien bejn diversi Ministeri, li bejniethom kapaci jipprovdu servizz aħjar. Huwa qal l-ħidma li saret mill-Ministeru ghat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment flimkien mal-Ministeru għall-Politika Soċjali, wasslet biex jiġi prodott servizz li jista’ jintuża minn madwar 27,000 persuna. Huwa ħabbar li ż-żewġ Ministeri qed jaħdmu biex jipprovdu numru ikbar u firxa aktar wiesgħa ta’ servizzi. Dawn is-servizzi jkunu jistgħu jiġu pprovduti hekk kif tkun f’postha s-sistema ta’ l-identità elettronika.
Il-Ministru Gatt fisser li l-ħidma flimkien tista’twassal biex innaqqsu l-frammentazzjoni u d-duplikazzjoni ta’ xoghol, li ħafna drabi jġibu biss ħela. Eżempju tal-ħela li kellna hija t-tliet sistemi ta’ biljetti awtomatiċi, għall-vapur ta’ Għawdex, għall-mużewijiet u dik tal-karrozzi tal-linja. Il-Ministru Gatt fisser li dan fisser lill-Gvern xiri ta’ l-istess ħaġa minn but wieħed. Huwa temm jgħid li huwa essenzjali li nikkordinaw u nużaw it-teknoloġija biex taqdina aħjar u m’hux biex tneffaqna iktar.
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-PolitikaSoċjali Lawrence Gonzi semma kif id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali joħroġ ’il fuq minn 1.5 miljun pagament kull sena li kwart ta’ miljun minnhom, isiru permezz ta’ Direct Credit. Huwa qal li hemm bżonn li jiżdiedu l-pagamenti permezz ta’ Direct Credit, kemm għaliex dan joffri servizzi aħjar u aktar malajr lill-benefiċċjarju, kif wkoll sabiex tiġi mnaqqsa l-ispiża tal-Gvern fl-amministrazzjoni tal-pagamenti. Il-Ministru Gonzi semma kif bħalissa għaddej eżerċizzju sabiex jiġu identifikati għal liema benefiċċji jista’ jiġi obbligat id-Direct Credit.
Il-Ministru Gonzi semma wkoll kif dalwaqt ser jiġumnedija servizzi ġodda permezz tat-telefon li permezz tagħhom il-benefiċċjarji ser ikunu jistgħu jiksbu informazzjoni personalizzata fuq bażi ta’ 24x7, jigifieri f’kull hin tal-gurnata. Dan huwa l-ewwel kunċett li qed jiġi żviluppat fi ħdan il-Gvern u li għandu jwassal għal qabża kbira fil-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Maltin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow