Titnieda l-Kampanja kontra l-Abbuż ta’ Antibijotiċi
| Meta wieħed jagħmel użu hażin jew jabbuża fl-użu ta’ l-antibijotiċi | jkun qiegħed mhux biss jaghmel dannu għalih innifsu, imma l-komunità wkoll tbati l-konsegwenzi ta’ dan l-abbuż. Dan qalu l-Ministru tas-Saħħa l-Onor. Louis Deguara meta kien qiegħed iħabbar kampanja kontra l-abbuż ta’ antibijotici li n-National Antibiotic Committee qiegħed iniedi fuq skala nazzjonali. |
| Il-Ministru qal li hafna esperti jqisu li 50% ta’ | l-antibijotiċi jittieħdu mingħajr bżonn. Din hija ċifra tassew allarmanti. F’dawn l-aħħar snin, rajna l-problema tar-reżistenza għall-antibijotiċi tfeġġ u tinfirex ma’ kullimkien. Din illum qed titqies bħala problema akuta fil-qasam tal-mediċina, kemm fl-Ewropa kif ukoll fid-dinja, tant li l-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea wera t-tħassib tiegħu dwar dan il-fenomenu. Il-Kunsill, fl-1999 ġibed l-attenzjoni tal-pajjiżi membri u għamel għadd ta’ suġġerimenti kif il-pajjiżi membri setgħu jiffaċċjaw din il-problema. |
| Ħafna pajjiżi huma konxji minn din il-problema u | qegħdin jieħdu miżuri biex jissensibilizzaw lill-partijiet kollha konċernati, l-aktar lil dawk li jordnaw dawn l-antibijotiċi u lill-pubbliku nnifsu, li ħafna drabi hu ħerqan biex jagħmel użu minnhom anki mingħajr preskrizzjoni. |
F’Malta qegħdin ukoll niffaċċjaw din il-problema. Minħabba l-abbuż ta’ l-antibijotiċi, certi mikrobi jrabbu reżistenża għal antibijotiċi u għalhekk ma jkunux effettivi. Din ir-reżistenza jew in-nuqqas ta’ effett ta’ l-antibijotiċi għandha diversi riperkussjonijiet fuq is-soċjetà. F’komunità żghira bħal tagħna, il-problema tkun xi ftit aktar akuta għax ir-reżistenza ghal mikrobi tinxtered aktar malajr b’theddida għas-saħħa pubblika. Implikazzjonijiet oħra huma li l-pazjenti jbatu aktar biex ifiequ, żieda fin-nefqa fis-settur tas-saħħa, b’implikazzjonijiet ekonomiċi.
| Għalhekk hemm il-ħtieġa li jkun hemm sforz | fil-livell tal-komunità biex nilqgħu u neghelbu din il-problema. Prinċipalment dan jista’ jsir billi wieħed jassigura prudenza fl-użu ta’ l-antibijotiċi fil-kamp tal-mediċina, kif ukoll billi wieħed jassigura ambjent iġjeniku u kontroll fuq l-infezzjonijiet. |
| Il-Gvern Malti fl-1999 waqqaf in-National | Antibiotic Committee li jinkorpora fiħ rappreżentanti minn diversi dipartimenti biex ikun hemm koordinament inter-settorjali f’din il-materja. Ta’ min jgħid li pajjiżna kien fost l-ewwel pajjiżi li waqqaf din l-istruttura li kienet issuggeriet l-Unjoni Ewropea. Xogħol dan il-kumitat hu li jissorvelja xi jkun qiegħed jiġri f’pajjiżna u jagħti pariri kif wieħed jista’ jikkontrolla l-abbuż ta’ l-antibijotiċi. |
| Kuljum wieħed jiltaqa’ ma’ ħafna każi fejn | pazjenti jagħmlu pressjoni fuq it-tobba biex jordnawlhom antibijotiċi. Oħrajn imorru jixtru antibijotiċi mingħajr ebda preskrizzjoni ta’ tabib. |
Dawn il-każi li huma frekwenti, qed jgħollu l-inċidenza ta’ l-abbuż. Il-Ministru appella biex kulħadd jifhem li l-ħsara ma ssirx biss fil-persuna li tabbuża mill-antibijotiċi imma fil-komunità kollha. Meta l-mikrobu jrabbi l-immunità ghall-antibijotiċi, kull min jieħu l-mikrobu isibha aktar diffiċli biex ifieq minnu, bil-konsegwenzi kollha li dan iġib miegħu.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en