Left arrow Go Back

INĊIDENT FATALI FL-ISKOLA SAN FRANĠISK TA' ASSISI

pr1276
Date Icon 27/10/2003

Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni kmieni wara nofs in-nhar ħatar Bord ta’ Inkjesta biex jinvestiga l-inċident fatali li fih student tal-Form 4, Adrian Borg miż-Żurrieq, tilef ħajtu traġikament. Minbarra hekk għaddejja wkoll inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Miriam Heyman.

Il-Bord ta’ Inkjesta maħtur skond il-liġi ta’ l-inkjesti hu kompost mill-ex Segretarju Permanenti tal-Ministeru, s-Sur Paul Attard bħala chairman u l-avukat Stephen Żammit u t-tabib Mark Gauci bħala membri. It-termini ta’ referenza tal-Bord huma li:

  1. jirrapporta dwar l-inċident kif seħħ fl-iskola;
  2. jistabbilixxi l-fatti kollha konnessi ma` l-inċident;
  3. jinvestiga kienx hemm il-prekawzjonijiet kollha meħtieġa li jassiguraw is-saħħa u s-sigurta` ta’ l-istudenti fil-post ta’ l-iskola fejn seħħ l-inċident fatali;
  4. jagħti l-fehma tiegħu dwar responsabiltajiet, jekk hu il-każ, ta’ min seta’ kien involut; u
  5. jipproponi ir-rakkomandazzjonijiet li jidhirlu xierqa.

Il-Bord għandu jisma’ lil dawk kollha li jidhirlu jistgħu jitfgħu dawl fuq il-fatti kif ġraw, kif ukoll jikkonsulta ma’ dawk l-esperti jew persuni oħra li jidhirlu meħtieġa.

Il-Bord għandu jlesti r-rapport tiegħu mill-aktar fis.

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea flimkien mas-Segretarju Permanenti s-Sur Charles Mizzi, l-Aġent Direttur Ġenerali u Diretturi oħra tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni żaru l-iskola u tkellmu ma l-amministrazzjoni ta' l-iskola, l-għalliema u t-tfal.

B'sinjal ta' luttu għall-mewt ta' wieħed mill-istudenti li jattendi l-iskola San Franġisk ta' Assisi f'Santa Venera, għada l-iskola ser tibqa magħluqa. It-tfal ta’ din l-iskola ġew avżati li nhar l-Erbgħa ikomplu bl-iskola tagħhom. Il-Ministru akkumpanjat mill-ogħla awtoritajiet ta’ l-Edukazzjoni żaru lill-ġenituri u l-familja Borg.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow