IL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT JIĊĦAD L-ALLEGAZZJONIJIET MAGĦMULA MINN EDWARD GAUCI BORDA
pr1273
27/10/2003
| Il-Ministeru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jiċħad bil-qawwa kollha l-allegazzjonijiet magħmula mill-ex Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Agrikoltura u Sajd Edward Gauci Borda, waqt il-programm Follow Up li xxandar il-bieraħ fuq l-istazzjon Super One. |
| Is-Sur | Edward Gauci Borda allega li l-Ministeru ħallas is-somma ta’ Lm36,491.95 mingħajr il-verifika ta’ l-awdituri privati mqabbdin mill-istess Ministeru. Il-fatti huma li din is-somma tagħmel parti mis-sussidju dovut lill-proċessuri u dan kien verifikat mill-awdituri privati f’Jannar tas-sena l-oħra. Mhux minnu għalhekk li l-awdituri taw parir lill-Ministeru biex dawn is-sussidji ma jitħallsux lill-proċessur. |
| Il-Ministeru | ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent isostni li mhux minnu anqas dak li ġie allegat mis-Sur Gauci Borda li nħareġ pagament dirett lil xi raħħal partikulari, għax is-sena li għaddiet il-pagamenti ngħataw lill-proċessuri wara li saret verifika dettaljata mill-istess awdituri. Il-pagamenti ngħataw lill-proċessuri bħala rifużjoni wara li l-proċessuri kienu ħallsu 7 ċenteżmi jew iżjed lill-bdiewa fuq kull kilo, u li minnhom 5 ċenteżmi kienu s-sussidju tal-Gvern. Dan l-arranġament kien japplika għal kull proċessur mingħajr ebda distinzjoni. |
| Il-Ministeru | jsostni wkoll li hu ċar li s-Sur Gauci Borda ried iqarraq jew inkella ried jitfa’ dawl ikrah fuq xi ħadd partikulari u għalhekk għandu minnufih jirtira l-allegazzjonijiet foloz tiegħu. |
| Mhux | sew li għad hawn min għandu biss l-interess li jfixkel ix-xogħol kollu li qed jitwettaq mill-Ministeru biex ikun integrat is-settur kollu tat-tadam għall-ipproċessar u b’hekk il-proċessuri jibqgħu jixtru tadam imkabbar mill-bdiewa Maltin u Għawdxin, u dan skond ma kien miftiehem bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea. |
| Minkejja | t-tfixkil ta’ xi wħud, il-Ministeru se jibqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu biex jassigura li l-bdiewa Maltin u Għawdxin, bħal bqija tal-pajjiż, jkunu ppreparati u b’hekk ikunu jistgħu jieħdu l-aqwa vantaġġi mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en