Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. EDWIN VASSALLO, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-FINANZI U AFFARIJIET EKONOMICI WAQT SEMINAR ORGANIZZAT MILL-UFFICCJU NAZZJONALI TA’ L-ISTATISTIKA U L-K.N.P.D. BIT-TEMA: “Ir-Riċerka u d-Diżabiltà”

pr1266
Date Icon 24/10/2003
Ir-riċerka hijaessenzjali sabiex inkunu nistgħu nifhmu problema aħjar, nidentifikaw l-ahjar metodi li nistgħu nużaw sabiex nippruvaw nnaqsu l-piż li ġġib magħha, kif ukoll naraw l-effikaċja ta’ dawn il-metodi u naġġornawhom skond il-bżonnijiet li dejjem jinbidlu.  Ghalhekk nixtieq infaħħar lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabiltà (KNPD) għall-inizjattiva li ħadu sabiex ifasslu politika nazzjonali dwar ir-riċerka fil-qasam tal-persuni b’diżabiltà, sabiex ikabbru l-għarfien dwar il-ħajja u l-kundizzjoni li jgħixu fiha dawn il-persuni.
Statistika maħruġamill-Uffiċċju Nazzjonali għall-Istatistika tindika li fl-2001,  1.1% tal-Prodott Gross Domestiku intefaq fuq servizzi għall-persuni b’diżabiltà mill-Gvern u Istituzzjonijiet li ma jaħdmux għal profitt.  L-infieq fuq is-servizzi għall-persuni b’diżabiltà kien ta’ 6.2% tal-infieq kollu fuq il-protezzjoni soċjali fl-2001 mill-Gvern u Istituzzjonijiet li ma jaħdmux għal profitt.  Din zdiedet minn 6% fl-1998.
Il-Gvern jipprovdidiversi servizzi lil persuni b’diżabiltà li jvarjaw minn taħrig għal social work.  Il-Gvern nefaq 11.8 miljuni Liri Maltin fuq pensjonijiet għall-invalidità u persuni b’diżabiltà fl-1999.  Din iċ-ċifra tfisser li 6.9% tal-infieq totali fuq benefiċji soċjali marru għand persuni b’xi diżabiltà.  Fl-2002 intefqu 15 il-miljun Lira Maltin għall-pensjonijiet relatati ma’ diżabiltà li tfisser 7.9% tal-infieq kollu fuq benefiċji soċjali.
Ghalhekk l-għajnunafinanzjarja maħruġa mill-Gvern għal persuni b’diżabiltà qed tiżdied u ser tkompli tiżdied hekk kif il-popolazzjoni Maltija tkompli tixjieħ peress li rata ogħla ta’ diżabiltà hija assoċjata wkoll max-xjuħija.
Persuna hijakkunsidrata li jkollha diżabiltà jekk hija ssibha diffiċli li tagħmel funzjonijiet fizici bħal li titkellem u timxi jew li tagħmel affarijiet ta’ kuljum, bħal li tmur l-iskola jew taħdem.  Persuna li trid bilfors l-għajnuna ta’ xi ħadd biex tkun tista` tagħmel l-attività bażika hija ikkunsidrata bħala li ghandha diżabiltà severa. Huwa stmat illi 8.4% tal-popolazzjoni Maltija tbagħti minn diżabiltà jew problemi ta’ saħħa fit-tul.
Ghalkemmikollhom diżabiltà jew problema ta’ saħħa fit-tul 32.2% ta’ dawn il-persuni għazlu li jaħdmu.  Din iċ-ċifra tkun iktar indikattiva kieku t-tip ta’ diżabiltà tistgħa tkun identifikata mar-rata ta’ parteċipazzjoni fid-dinja tax-xogħol.  Però nafu illi wieħed minn kull għoxrin ħaddiem ta’ bejn il-15 u l-64 sena għandu jew għandha diżabiltà jew problemi ta’ saħħa fit-tul.  Il-paga medja li jaqalghu persuni li għandhom diżabiltà jew problemi ta’ saħħa hija 98% dik tal-medja fis-suq tax-xogħol Malti.  Din ċ-ċifra tistà tfisser li diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol lejn persuni b’diżabiltà mhix daqshekk problema għall-inqas fir-rigward ta’ paga.
69.9%tal-persuni b’diżabiltà jew problema ta’ saħħa fit-tul jaħdmu fis-settur tas-servizzi.  61.3% ta’ dawn il-persuni jaħdmu mas-settur privat.  Ta’ min jinnota ukoll li l-qgħad fost persuni b’diżabiltà naqas b’7% f’Settembru 2003 fuq l-istess żmien is-sena l-oħra.  Studji juru illi l-moral fost il-ħaddiema jitjieb meta nies b’diżabiltà jiġu ntegrati fil-post tax-xogħol.  Ikun interessanti li jsir magħruf kemm mill 63.9% ta’ dawk li għandhom diżabiltà jew problemi ta’ saħħa fit-tul fil-fatt jistgħu jaħdmu minflokk jibqgħu inattivi permezz ta’ arranġamenti flessibli ta’ xogħol bħal per eżempju t-teleworking.
F’danil-kuntest, statistika oħra li hija importanti dwar il-persuni b’diżabilta hija dik dwar kif dawk li ma jaħdmux iħarsu lejn id-dinja tax-xogħol u t-tfixkil li jsibu sabiex jaħdmu.  Hemm ukoll bżonn ta’ statistika dwar, per eżempju, ir-riskju ta’ faqar tagħhom u l-familji tagħhom, l-użu ta’ mezzi ta’ transport minn dawn il-persuni, l-uzu tat-teknologija li hija tant bżonnjuża sabiex jgħelbu l-iżvantaġġi li ġġib magħha d-diżabiltà, l-bżonnijiet ta’ min iħaddem nies b’diżabiltà, il-problemi ta’ min jdur b’nies b’diżabiltà u kif is-socjetà tħares lejn nies b’diżabiltà.
Dinit-tip ta’ riċerka għandha tinġabar regolarment sabiex zviluppi f’dawn il-fatturi ikunu kontinwament analizzati u jkunu jistgħu jiġu mfassla miżuri ġodda u aġġornati mizuri eżistenti sabiex tittejjeb dejjem iktar il-kundinzjoni ta’ nies b’diżabiltà.  L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika huwa s-sieħeb idejali għal riċerka minħabba li fi ħdanu hemm nies b’esperjenza twila fil-qasam tal-kumpilazjoni ta’ l-istatistika u ħafna mill-informazzjoni meħtieġa tista tiġi miżjuda billi f’surveys li diġa qed jinġabru jiżdiedu domandi oħra relatati ma’ diżabiltà.
L-għan tar-riċerka dwar persuni b’diżabiltàgħandu jkun illi naslu biex inkunu nistgħu nagħrfu il-prijoritajiet f’dan il-qasam sabiex l-infieq li sejjer lejn dan is-settur ikun użat bl-aktar mod effiċjenti għall-aqwa ġid ta’ kullħadd.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow