Left arrow Go Back

Iktar minn 133,000 tranżazzjoni mal-Gvern b’mod elettroniku

pr1240
Date Icon 21/10/2003
Metakien qed jindirizza lil dawk preżenti fit-tnedija ta’ Symfony – Malta, il-Ministru ghat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investimenti, l-Onor. Austin Gatt spjega li llum qed ngħixu evoluzzjoni li qed twassal biex niffukaw iktar fuq l-użu tat-teknoloġija biex intejbu l-kwalità tal-ħajja.
Il-MinistruGatt spjega li l-okkażjoni tal-lum hija wkoll xhieda tal-kapaċità u l-ħila tal-Malti. Huwa fisser li Symfony hija l-frott tal-kapaċità tal-Malti li żviluppa sistemi ibbażati fuq it-teknoloġija fl-Ingilterra, għamel suċċess fir-Renju Unit, u issa qed jiġu offruti f’pajjiżna.
Il-MinistruGatt kompla li s-servizzi u s-sistemi offruti jippromwovu l-użu faċli tat-teknoloġija fid-djar tagħna. F’dan il-kuntest, il-Ministru Gatt semma l-inizjattivi li ħa l-Gvern fil-qasam ta’ l-e-Government. Huwa spjega li l-għan tal-Gvern kien li juża t-teknoloġija ta’ l-informazzjoni biex jipprovdi servizzi ta’ kwalità u li jissodisfaw il-kumdità tal-poplu. Austin Gatt qal li llum il-Gvern qed jipprovdi numru ta’ servizzi b’mod elettroniku, u li faċilment jistgħu jintużaw mill-Maltin f’kull ħin u minn kullimkien.
Il-MinistruGatt spjega li s-suċċess ta’ l-e-Government huwa kkonfermat mill-istatistika. Huwa semma kif filwaqt li f’April, Mejju u Ġunju kien hemm medja ta’ 55,000 tranżazzjoni mal-Gvern b’mod elettroniku, ’l fuq minn 133,000 tranżazzjoni ġiet reġistrata fix-xahar ta’ Settembru.
AustinGatt spjega li dawn huma ċifri nkoraġġanti ħafna meta wieħed iqis il-fatt li għad jonqos numru ta’ servizzi personalizzati li jibdew jiġu pprovduti lil Maltin hekk kif jiġi identifikat l-amministratur tas-sistema ta’ l-identità elettronika.
Il-MinistruAustin Gatt ħabbar ukoll li l-HSBC mistennija wkoll li jissieħbu mal-Gvern u l-Bank of Valletta, fil-proġett ta’ l-e-Government Payment Gateway. Din il-Payment Gateway tiffaċilita l-ħlasijiet lil Gvern b’mod elettroniku.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow