L-iSkola Sekondarja San Ġużepp Ħaddiem Marsa
pr1236
20/10/2003
| Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni dalgħodu laqgħet | delegazzjoni ta’ l-MUT dwar l-iskola sekondarja San Ġużepp Ħaddiem tal-Marsa. Id-Diviżjoni nnotat li l-MUT aċċettat il-fatt li r-raġuni li fuqha nqalgħet il-kwestjoni, jiġifieri ir-riħa tad-drenaġġ, kienet ġiet solvuta kif kienu qalu l-awtoritajiet. L-għalliema rritornaw l-iskola u din kompliet bil-ħidma tagħha taħt it-tmexxija tas-Surmast, is-Sur Frans Sammut. |
| Fil-Konferenza Stampa li ghamlet l-MUT, l-istess | union issa spustjajt il-kwestjoni li tat lok għall-azzjoni, mir-riħa tad-drenaġġ għall-istat sħiħ ta’ l-iskola. |
| Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni hi konxja ta’ l-istat | ta’ l-iskejjel tagħha u kif jaf kulħadd, qed jitwettaq l-akbar proġett ta’ bini u mmodernizzar ta’ skejjel li qatt rajna fl-aħħar ħamsin sena. |
| Minbarra x-xogħol kbir li diġà sar fis-sentejn li | għaddew, il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) qed taħdem fuq pjan ta’ seba’ snin b’investiment mill-Gvern ta’ sittin miljun lira. |
| F’dan il-pjan qed jiġi deċiż, każ każ, liema | skejjel ser jinżammu biex jiġu modernizzati, liema skejjel ser jingħalqu u jintużaw għal xi skop ieħor, liema skejjel ser jitwaqqgħu biex minflokhom jinbnew skejjel ġodda, u kemm u fejn ser jinbnew l-iskejjel ġodda, li l-pajjiż għandu bżonn għal ħamsin sena li ġejjin. Dan il-pjan diġa` beda jitwettaq u l-iskola tal-Marsa tidħol f’dan il-pjan. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en