L-Onor. Frans Agius jattendi laqgha f'Lussemburgu
| Is-Segretarju | Parlamentari fil-Ministeru tal-Politika Socjali, l-Onor. Frans Agius qed jattendi laqgha tal-Kunsill dwar ix-Xoghol, Politika Socjali, Sahha u Affarijiet tal-Konsumatur tal-Unjoni Ewropea. |
| Din qed se ssir | fil-Lussemburgu llum it-Tnejn, 20 ta' Ottubru 2003 taht il-Presidenza Taljana u se tkun indirizzata mill-Ministru tax-Xoghol u l-Politika Socjali ta’ l-Italja Roberto Maroni. |
| Fost | is-suggetti li ser jkunu diskussi u rizoluzzjonijiet li ser jigu approvati wiehed isib: |
· Protezzjoni tal-haddiema mir-riskji li jinholqu mill-kurrenti elettromanjetici (biex jintlahaq qbil politiku fuq direttiva)
· L-ekonomija sewda u kif din tista` tigi regolarizzata (rizoluzzjoni)
· L-immigrazzjoni klandestina, l-integrazzjoni Ewropea u x-xoghol (diskussjoni politika)
· Regolamenti dwar beneficcji tal-qghad, ta' qabel l-irtirar u beneficcji socjali ohra li jolqtu l-familja
· L-introduzzjoni tal-European Health Insurance Card sabiex jipprovdi ghal pensjoni adegwata u sostennibbli
· DAPHNE - program biex jilqa' kontra l-vjolenza fuq it-tfal, iz-zghazagh u n-nisa
· It-traffikar illegali ta' persuni specjalment nisa.
Is-Segretarju Parlamentari Agius mistenni lura Malta nhar it-Tlieta, 21 ta' Ottubru 2003.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en