Identita' elettronika għal kull ċittadin
pr1216
16/10/2003
| Meta kien qed jinawgura l-IT | & T Fair ġewwa n-Naxxar, il-Ministru ghat-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, l-Onor. Austin Gatt, spjega li din hija l-ewwel darba li l-fiera ta’ l-Informatika qed tigi inawgurata minn “Ministru għat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni”. Dan huwa xhieda ta’ l-impenn tal-Gvern għal dan is-settur. Dan l-impenn jixhduh ukoll is-servizzi esibiti fis-Sala tal-Ministeru tat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment. |
| Il-Ministru | Gatt fisser li ħafna mis-servizzi esibiti huma riżultat ta’ ħidma flimkien bejn Gvern-Privat, frott ta’ partnerships li taw riżultati. Mhux biss, iżda titwila fl-istand tal-Ministeru tat-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment għandha twassal biex nagħtu ħarsa lejn dak li se jkun qed jiġri għada. |
| Il-Ministru | Gatt ħabbar li matul iż-żmien tal-fiera se tkun spjegata l-inizjattiva l-ġdida ta’ l-Identità Elettronika. |
| Il-Ministru | Gatt spjega li jeżisti t-tħassib ġustifikat li l-Internet jista’ jintuża għal skopijiet ħżiena: jekk wieħed jista’ jixtri u jbiegħ fuq l-Internet, wieħed jista’ jisraq jew jinsteraq. Ghalhekk iridu jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji biex ikun hemm element ta’ sigurtà. Għalhekk inħasset il-ħtieġa li tiġi żvilupputa l-identità elettronika. L-Identità Elettronika hi l-prova tal-vera identità tieghek fid-dinja elettronika: pariġġ il-Karta ta’ l-Identità fil-ħajja normali tieghek. |
| Din | hija pilastru ewlieni u essenzjali meħtieġa biex il-Gvern jipprovdi servizzi ġodda elettroniċi. Dawn huma servizzi ta’ kumplessità ħafna akbar mis-servizzi eżistenti li jagħmlu differenza kbira fil-kwalità tas-servizz li noffru. Ikunu jeħtieġu kunfidenzjalità u sigurtà. |
| Dawn | jinkludu: · Servizzi relatati mal-VAT; · Servizzi relatati mat-taxxi; · Servizzi relatati mal-kumpaniji; · Servizzi soċjali; · Servizzi fil-programm ta’ l-‘m-Government’ fejn individwu m’hux biss jirċievi servizz bl-SMS, iżda japplika u jirreġistra għal servizzi bil-mobile phone u jinqeda’ mill-bidu sa l-aħħar mingħajr ma juża kompjuter f’xi stadju. |
| L-identità | elettronika tipprovdi s-sigurtà neċessarja li kulħadd ikollu rasu mistrieħa li ħadd m’hu qed jaqra informazzjoni fuqu minghajr l-awtorità mehtiega. L-identità elettronika tagħti lill-individwu ċavetta unika li tkun tieghu biss u u ta’ hadd iktar (bħal PIN number ta’ credit/debit card). |
| Il-Ministru | Gatt kompla jghid li ċ-ċavetta ma tingħatax lill-individwu mill-Gvern. Tingħata b’mod sigriet minn amministratur minn barra s-servizz tal-Gvern, biex tassigura kunfidenzjalità stretta (bħal ma jagħmlu l-banek). Din hi parti kruċjali fil-livell tas-servizz. |
| Fid-diskors | tiegħu Austin Gatt spjega li teknikament, il-Gvern seta’ beda jipprovdi dawn is-servizzi ħafna qabel. Madankollu, il-burokrazija zejda dewmet is-servizz milli jibda jinghata b’ħafna xhur. F’Lulju 2002, inħarġet it-tender għas-servizz ta’ amministratur minn barra l-Gvern. Tliet xhur wara jiġifieri f’Settembru 2002 tlestiet l-evalwazzjoni ta’ l-offerti, liema evalwazzjoni ġiet rifjutata mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Tlettax il xahar wara, jiġifieri f’Ottubru 2003, id-Dipartiment tal-Kuntratti aċċetta evalwazzjoni IDENTIKA għal dik tas-sena ta’ qabel. Dan kollu jfisser li prattikament inħlew tlettax-il xahar. |
| Il-Ministru | Gatt spjega li dan il-pass ta’ provvista ta’ l-identità elettronika kien storja oħra ta’ partnership li rnexxa u kien suċċess. Kompla jghid li “il-Ministeru tiegħi mexxa proġett importanti fejn irnexxielna niżviluppaw sistema ‘world first’ b’teknoloġija żviluppata mill-Microsoft u adottata minn kumpanija lokali u mill-MITTS (il-kumpanija tal-Gvern).” Flimkien żviluppaw mudell ta’ Identità Elettronika li jista’ jiġi replikat fil-bqija tad-dinja. |
| Dan il-proġett jista’ | jintuża m’hux biss strettament għal servizzi pubbliċi. Malta huwa pajjiż żgħir u ghalhekk jista’ jwassal biex kumpaniji privati li jipprovdu servizzi finanzjarji jew servizzi li jeħtieġu kunfidenzjalità u ma jifilħux jiżviluppaw dawn is-sistemi weħidhom, iharsu lejn Malta bhala l-post fejn dan jista’ jsehh. Dan m’għandux ikun barriera biex dawn il-kumpaniji jidħlu biex jipprovdu s-servizzi tagħhom fuq l-Internet. Ifisser ukoll li ċ-ċavetta li qed niżviluppaw bl-Identità Elettronika għandha tiftaħ aċċess għal servizzi pubbliċi u privati. (L-istess kif il-Karta ta’ l-Identità ma titqiesx biss bħala prova t’identità mill-Gvern, iżda mill-privat ukoll!) |
| Austin | Gatt qal li waqt l-IT& T Fair, ser issir kampanja edukattiva biex infissru x’inhi l-Identità Elettronika. “Tenħtieġ ukoll kampanja estensiva għax din tfisser bidla kulturali.” Huwa temm li din għandha tgħin biex tinħoloq fiduċja akbar fil-mezzi elettroniċi ta’ kif tipprovdi servizz pubbliku jew kummerċjali. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en