132 SENA MIT-TWELID TA’ DUN KARM
pr1213
15/10/2003
| Il-Ministru | ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea attenda attivita’ li saret fl-iSkola Sekondarja Dun Karm Psaila ta’ Ħaż-Żebbuġ fl-okkażjoni tal-132 anniversarju mit-twelid tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm. |
| Waqt | din l-attivita’ l-istudenti ta’ din l-iskola qraw biografija qasira tal-poeta kif ukoll diversi poeżiji li kien kiteb. Il-Kap ta’ l-iskola spjega għaliex l-iskola għażlet li tikkommemora l-anniversarju tat-twelid ta’ Dun Karm. Hu qal li dan qed jagħmluħ għax Dun Karm kien persuna li rnexxielu jgħaqqad lill-poplu Malti madwar poezija u innu wieħed, bl-użu ta’ kliem sempliċi. Dun Karm kien ukoll patrijott li ssielet għad-drittijiet tal-Maltin. |
| Il-Ministru | qal li Dun Karm kien wieħed mill-akbar Maltin li raw il-gżejjer tagħna u ħadem ħafna biex iżomm dak li jagħmilna Maltin: il-Lingwa Maltija. Il-Ministru Louis Galea tenna li l-ilsien Malti hu wieħed mill-aktar elementi importanti ta’ l-identita’ tagħna u għalhekk il-Gvern irid ikompli jissalvagwardja u jsaħħaħ l-ilsien Malti b’kull mod. |
| Il-Kabinett | dan l-aħħar approva abbozz ta’ liġi dwar l-ilsien Malti wara ħafna żmien ta’ diskussjoni u konsultazzjoni. Hu qal li l-liġi ser tagħtina l-għodod u l-istrutturi biex inkomplu nħarsu u nkabbru l-ilsien tagħna, għalina u għall-ġenerazzjonijiet tal-futur. |
| Il-Ministru | flimkien ma’ numru ta’ studenti, żaru l-monument ta’ Dun Karm li hemm f’Ħaż-Żebbuġ, kif ukoll il-qabar tal-poeta, li jinsab fiċ-ċimiterju ta’ l-istess lokal. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en