Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TA` L-EDUKAZZJONI DWAR IRWEJJAH TA` DRENAGG FL-ISKOLA SAN GUZEPP HADDIEM, IL-MARSA

pr1204
Date Icon 14/10/2003
Il-Ministeruta’ l-Edukazzjoni irċieva ilmenti ta’ riħa qawwija ta’ drenaġġ  mit-tfal u l-għalliema ta’ l-iskola San Ġużepp Ħaddiem fil-Marsa.  Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni flimkien mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) għamlu ispezzjonijiet fl-iskola u fil-madwar biex jiġi stabbilit minn fejn ġejja din ir-riħa.  Kien stabbilit li r-riħa ta’ drenaġġ ma hix riżultat ta’ problemi fis-sistema ta’ drenaġġ ta’ l-istess skola iżda qed tiġi minn barra l-iskola.
Dwardin il-problema d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni kitbet lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma, li hi responsabbli minn dan il-qasam, biex is-sitwazzjoni tiġi investigata u tittieħed l-azzjoni meħtieġa mill-aktar fis.
Il-Ministeruta’ l-Edukazzjoni javża lill-ġenituri li għandhom ikompli jibgħatu lill-uliedhom l-iskola fejn qed jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex filwaqt li t-tfal ma jkunux fil-periklu, ikun jista’ jitkompla l-programm edukattiv ta’ l-iskola anke billi fejn hemm bżonn, jkunu organizzati programmi barra mill-iskola.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow