Left arrow Go Back

JIBDEW JITFASSLU PROPOSTI GĦAL PROĠETT FIS-SERVIZZI TAS-SAĦĦA U L-KURA TA’ L-ANZJANI

pr1195
Date Icon 13/10/2003

Il-Ministru għal Għawdex, l-Onor Giovanna Debono, ltaqgħet ma’ amministraturi u uffiċjali eżekuttivi mill-Municipalità ta’ Gotland (l-Iżvezja) u mill-gżejjer Balearici li nhar il-Ġimgħa 10 t’Ottubru, kienu f’Għawdex sabiex jiddiskutu aħjar il-proposti tal-proġett Benchmarking għas-servizzi tas-saħħa u ta’ kura għall-anzjani f’Għawdex.

Dan il-proġett ġie propost mill-Ministru għal Għawdex waqt it-22 konferenza tal-Kummissjoni tal-Gżejjer Ewropej tas-CPMR li kienet saret f’Orkney, l-Iskozja, f’Mejju 2002. Is-CPMR (Konferenza tar-Reġjuni Marittimi Periferali) taħdem sabiex tippromwovi l-iżvilupp bilancjat fit-territorju Ewropew bil-għan li anke l-gżejjer jiżviluppaw b’mod sħiħ. Hija wkoll prijorità tas-CPMR li ssaħħaħ l-għaqda ekonomika, socjali u territorjali bejn il-membri tagħha.

F’konferenza s-sena li għaddiet, Giovanna Debono ipproponiet li jkun hemm proġetti ta’ sħubija bejn gżejjer imsieħba fis-CPMR permezz ta’ eżercizzji benchmarking fl-oqsma tas-saħħa u tal-kura ta’ l-anzjani li permezz tagħhom kull gżira taqsam l-esperjenzi tagħha mal-gżejjer l-oħra. Fl-istess ħin, ikun hemm lok għal skambji ta’ staff mediku u paramediku, seminars u mezzi oħra ta’ tagħlim, sabiex dejjem iktar jintlaħqu miri għolja f’dawn l-oqsma ta’ servizzi sensittivi.

Benchmarking hija għodda importanti sabiex wieħed itejjeb l-operat tiegħu billi jitgħallem mill-aħjar prattiċi u l-esperjenzi miksuba fl-operat. Huwa propost li jitwettaq dan it-tip ta’ eżercizzju ma’ sptarijiet mill-gżejjer differenti li pero’ joperaw taħt l-istess kundizzjonijiet u karatteristici. Dan il-proġett jinvolvi l-ftuħ ta’ l-orizzonti tagħna sabiex nifhmu aħjar kif gżejjer oħra jilħqu miri għolja u l-process li jgħaddu minnu fl-operat tagħhom.

Il-proposta kienet ġiet aċċettata unanimament mill-membri u kienu diversi gżejjer li mill-ewwel esprimew ix-xewqa tagħhom li jippartecipaw f’dan il-proġett. Fost il-gżejjer li wrew interess partikolari ta’ min isemmi lill-gżejjer ta’ Argyll u Bute (Skozja), Harryreese (Isle of White), Shetlends (UK) u Lesvos (Grecja), kif ukoll il-gżira ta’ Gotland u l-gżejjer Balearici.

Din hija l-ewwel okkażjoni fejn uffiċjali għolja fl-oqsma tas-saħħa u l-kura ta’ l-anzjani minn Gotland u l-gżejjer Balearici ltaqgħu flimkien ma’ dawk ta’ Għawdex biex jitfasslu pjanijiet konkreti għal din il-koperazzjoni bejn il-gżejjer f’dawn iż-żewġ oqsma. Il-laqgħa saret fuq inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex.

Il-Ministru Debono saħqet fuq l-importanza ta’ koperazzjoni f’inizjattivi u proġetti li jistgħu jtaffu l-insularita’ li hi karatteristika partikolari tal-gżejjer. Hija awgurat li l-pjanijiet li ġew imfassla jseħħu fl-inqas żmien possibbli u li minnhom jibbenefikaw mhux biss il-ħaddiema fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u dawk ta’ l-anzjani imma, iktar minn hekk, il-pazjenti u l-anzjani nfushom. Hija awgurat ukoll li dan il-proġett jitwettaq anke fi sferi differenti sabiex minnu jgawdi l-poplu Għawdxi b’mod ġenerali.

Iktar tard, l-ufficjali ddiskutew l-operat tat-tliet pajjiżi fir-rigward tas-servizzi tas-saħħa u tal-kura ta’ l-anzjani kif ukoll ġew akkumpanjati fuq żjajjar ta’ familjarizzazzjoni mal-facilitajiet li hemm f’Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow