Left arrow Go Back

IDISKORS TA` L-ONOR. LAWRENCE GONZI, VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI, WAQT SEMINAR ‘DANGEROUS SUBSTANCES – HANDLE WITH CARE!’, ORGANIZZAT MILL-AWTORITA` TAS-SAHHA U S-SIGURTA` FUQ IL-POST TAX-XOGHOL – SAN GILJAN – 9.10.2003

pr1189
Date Icon 10/10/2003

Sinjuri, 

Huwa ta’ pjacir ghalija li naghlaq dan is-seminar organizzat mill-Awtorita`ghas-Sahha u s-Sigurta’ fuq il-Post tax-Xoghol fl-okkazjoni tal-Gimgha Ewropea. Ninsab infurmat mill-Awtorita` illi s-setturi kollha urew interess qawwi f’dan is-suggett tant li l-Awtorita’ qieghda tahseb biex tirrepeti s-seminar f’okkazjoni ohra.
Dan hu sinjal tajjeb. Ifisser li l-pajjiz qieghed isir aktar konxjuta’ l-importanza ta’ dan is-suggett. Izda jiena nibqa ninsisti li b’mod generali ghadna ma wasalniex f’dak il-punt krucjali fejn nifhmu li hu fl-interess taghna lkoll li inhaddmu prattici tax-xoghol li jkunu nieqsa minn kull riskju jew periklu ghal haddiema taghna.
Ghadna kif ghaddejna minn gimghatejn ta’ tragedji li jaqsmulekqalbek. Jiena konvint li l-kuxjenza nazzjonali staqsiet lilha nfisha ghaliex qed ikomplu jsehhu dawn l-incidenti fuq il-post tax-xoghol. Ghaliex qieghdin inkomplu nghaddu minn dawn l-esperjenzi xokkanti.
Halli ntikom ftit twegibiet jiena. Ghadna qieghdin naghddu minn dawnl-esperjenzi ghaliex ghad hawn min jahseb li l-ispetturi tal-Awtorita` huma fitti wisq, li qed ifittxu x-xahra fl-ghagina; ghaliex ghad hawn min jahseb li dawn huma kollha spejjes ghal xejn, hela ta’ flus, ezercizzju li jnaqqas il-kompetittivita` ta’ pajjizna; ghaliex ghad hawn min irid jirbah il-kuntratti billi joffri prezzijiet baxxi aktar minn haddiehor billi jiffranka mill-mizuri li jipprotegu l-haddiema fuq il-post tax-xoghol.
Dan ma jghoddx ghal kullhadd. Imma jghodd ghal numru gmielu ta’imprendituri u l-haddiema taghhom. Jghodd ghal dawk l-eluf li jahdmu ghal rashom fuq kuntratti zghar, specjalment dawk fil-qasam tal-kostruzzjoni. U huwa proprju ghalhekk li nibqa nghid li ghad fadlilna triq twila x’nimxu qabel ma nkunu nistghu nghidu li l-bidla fil-mentalita` u l-kultura taghna bdiet issehh kif nixtiequha.
Is-seminar tal-lum, jiffoka fuq qasam partikolari li wkoll jista jkunkawza ta’ periklu kbir ghas-sahha tal-haddiema fuq il-lant tax-xoghol. Tkellimtu dwar is-sustanzi perikoluzi – suggett li hu pjuttost tekniku u specifiku.
Naf li anki l-iktar kimika innokwa, tista tohloq diversi problemighal min ikun qieghed juzaha jekk ma jittiehdux il-prekawzjonijiet necessarji. Naf ukoll li s-sustanzi perikoluzi ma nsibuhomx biss f’numru limitat ta’ industriji. Insibuhom fi kwazi kull settur, mis-settur agrikolu sal-bini u l-kostruzzjoni, is-settur tal-kura tas-sahha, tat-tindif u l-manutenzjoni, tat-tessuti. Il-problemi li jistghu jinqalghu ivarjaw minn mard kroniku, bhal ma hi l-ekzema, sa mard sever, li jinkludi l-kancer.
Skond l-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Sahha, is-sustanzi perikoluzijikkagunaw iktar minn zewg miljuni u nofs ta’ kazijiet godda ta’ mard respiratorju kroniku kull sena. Il-konsegwenzi umani bilfors huma kbar, l-istess bhal ma huma l-ispejjez finanzjarji. L-unika soluzzjoni li jitnaqqsu dawn il-problemi huwa li l-postijiet tax-xoghol jinzammu minghajr perikli.
Il-Gvern huwa kommess li jassigura livelli gholjin ta’ sahha usigurta’ f’kull post tax-xoghol. Ikkommettejna ruhna li nsawru l-kultura li hemm bzonn sabiex kulhadd igawdi livell gholi ta’ kwalita’ ta’ hajja. Imma nafu li biex nilhqu dan l-ghan, ghandna bzonn li naqsmu l-esperjenzi taghna kif ukoll li naghmlu progetti flimkien mahsubin apposta biex iwasslu l-messagg kull fejn u kull meta ikun hemm bzonn.
L-akkwist ta’ livelli oghla ta’ sahha u sigurta` ghandu jkun l-objettivta’ kull wiehed u wahda minna, irrispettivament jekk wiehed hux impjegat jew persuna li jahdem ghal rasu. Iz-zmien huwa propizju biex nuru u naqsmu flimkien din id-determinazzjoni. Iktar min hekk irridu nirrealizzaw li dan huwa objettiv legittimu daqs kemm hu fundamentali. Biex naghmlu dan irridu nuzaw mezzi xierqa li jinkorporaw il-politika (policies) tal-Gvern dwar it-tmexxija tas-suq u l-qasam socjali.
Bhala Gvern waqqafna l-Awtorita ghas-Sahha u s-Sigurta, li rregistrathafna progress; niehu l-opportunita` hawnhekk biex nirrikonoxxi pubblikament il-hidma siewja li qed iwettqu l-impjegati tal-Awtorita`. Madanakollu irridu nirrikonoxxu li l-hrug ta’ regolamenti u l-infurzar strett taghhom m’humiex soluzzjoni unika ghat-tnaqqis tar-riskju u l-incidenti fuq il-post tax-xoghol. Kull hadd irid ihares lejn is-sahha u s-sigurta` bhala responsabbilta` personali.
L-esperjenza ghallimtna illi l-ghaqdiet tal-haddiema, t-trejdunions, ghandhom rwol importanti f’din il-hidma biex ikun hawn livelli ahjar ta’ sahha u sigurta’. Huma jistghu jkunu minn ta’ quddiem biex ibiddlu l-mentalita` li ghada tezisti sal-lum, illi l-periklu tixtrih bi prezz li jissejjah ‘danger money’. Hu ovvju li din il-forma ta’ ‘allowance’ ma taghmel xejn hlief li tixpruna lill-haddiema li jiehdu r-riskju minflok li ggieghel lil kullhadd jara kif ser inaqqas dan ir-riskju. Il-principju ghandu jkun illi l-perikli m’ghandhomx jigu mhallsa imma ghandhom jigu eliminati. L-enfasi ghandha tkun li l-perikli jitnehhew u r-riskji kontrollati.
Ghalhekk nappella lil-Unions biex ikunu huma stess li jinsistughall-investiment fl-izvilupp tar-rizorsi umani taghna permezz ta’ edukazzjoni dwar is-sahha u sigurta` fuq il-post tax-xoghol.
M’hemmx dubju li mhux bizzejjed li l-principal idahhal sistemigodda ta’ tmexxija, u jinvesti fis-sahha u s-sigurta`, jekk imbaghad l-istess principal ma jsibx il-koperazzjoni tal-haddiema. Hawnhekk allura il-Unions ghandhom rwol importanti biex ibiddlu din il-mentalita` u kultura perikoluzi.
Min ihaddem, minn naha l-ohra, ghandu jhares lejn is-sahha u s-sigurta`bhala investiment. Uhud ghadhom jahsbu illi l-evalwazzjoni tar-riskju (risk assessments) u l-preparazzjoni ta’ safety policies huwa hela ta’ hin u rizorsi. Iz-zmien ovvjament jiswa l-flus, u jekk min ihaddem m’ghandux ir-rizorsi biex jaghmel l-evalwazzjoni u biex jikteb il-policy tal-kumpanija, irid iqabbad lil xi hadd minn barra l-kumpanija, haga li terga ser tiswa iktar flus. Min naha l-ohra, min ihaddem ghandu l-ispiza li tinqala meta dawn l-affarijiet ma jsirux – spejjez relatati mal-infurzar tal-ligi, qrati, hela ta’ hin, zieda fl-‘insurance premia’ f’kaz ta’ korrimenti jew mard, ecc.
Hafna ma jirrealizzawx illi incidenti fuq il-post tax-xoghol jistghuiwasslu ghal waqfien fix-xoghol u l-produzzjoni, dewmien fl-ipprocessar ta’ ordnijiet, u telf ta’ kummerc. Hija biss kwistjoni ta’ zmien sakemm kumpaniji b’rekord hazin ta’ incidenti u mard fuq ix-xoghol jispiccaw ma jsibux lil min jinxurjahom.
Anki l-media ghandha rwol importanti. Kien interessanti wiehedjinnota kif l-editorjali tal-gazzetti kollha lokali ikkoncentraw fuq is-sahha u s-sigurta’. Hija hasra madanakollu illi kellhom isehhu diversi fatalitajiet biex jigbdu din l-attenzjoni kollha. Anke hawn, dan ma jghoddx ghal kullhadd u rrid nirringrazzja lil dawk il-gurnalisti u edituri li minn zmien ghal zmien jaghtu s-sehem taghhom halli l-kuxjenza nazzjonali tqum fuq saqajha.
Fl-ahhar mill-ahhar hija wkoll responsabbilta` ta’ kull haddiem uta’ kull persuna li tahdem ghal rasha li jiehdu hsieb is-sahha u s-sigurta` taghhom u ta’ haddiehor. Il-haddiema jridu jifhmu li l-production bonus ma jistax jintrebah ghal skapitu ta’ sahhithom u tal-perikli. In-nuqqas ta’ uzu ta’ apparat protettiv biex wiehed jidher gustuz, jew biex ihossu aktar komdu ma shabu jista jissarraf biss f’incidenti li jistghu anke jkunu fatali.
Diversi studji dwar il-vantaggi ekonomici ta’ politika bhal din(cost-benefit analyses) juru bl-aktar mod car illi jaqbel ghal kullhadd illi jkun hemm standards gholja ta’ sahha u sigurta` fuq il-post tax-xoghol. Is-soluzzjonijiet hafna drabi ma jqumux hafna flus u huma hfief biex ikunu mplimentati. Il-Gvern jifhem li hemm konsiderazzjonijiet ekonomici li ghandna nikkunsidraw u huwa proprju ghalhekk li kull darba li llegizlajna dejjem nidejna process ta’ konsultazzjoni ma’ l-imsiehba socjali qabel ma’ jkunu pubblikati ligijiet jew regolamenti godda. Nemmnu li dan id-djalogu huwa essenzjali biex nizguraw il-kontinwazzjoni ta’ politika ta’ protezzjoni bbazata fuq standards gholjin.
It-tkabbir ta` l-Unjoni Ewropea li ser isehh is-sena d-diehla huwaprijorita`, u jinvolvi sfidi godda kemm ghall-Ewropa kif ukoll ghall-imsiehba l-godda. Ir-ricerka turi illi l-istandards fil-pajjizi li ser jidhlu membri ghadhom baxxi meta mqabblin ma’ dawk fil-pajjizi diga membri, waqt li 40% tal-haddiema fil-pajjizi applikanti iqisu lis-sahha u s-sigurta bhala problema meta mqabbla ma’ 27% fil-pajjizi membri.
Ghalhekk huwa mportanti hafna illi dawk li jhaddmu, flimkien mal-haddiemajaghmlu wkoll il-parti taghhom. Il-Gvern jista u qieghed ifassal qafas legali modern li jixpruna l-izvilupp ta’ kultura gdida, bl-involviment tan-nahat kollha. Izda m’ahniex nilludu ruhna li l-incidenti minn fuq il-post tax-xoghol ser jisparixxu ghax waqqafna Awtorita’ jew ghaliex illegizlajna. Dawn l-incidenti jistghu biss jonqsu jekk kullhadd jaghmel il-parti tieghu b’sens kbir ta’ solidarjeta` ma xulxin.
Qabel naghlaq irrid ninfurmakom li dan l-ahhar, jiena tajtstruzzjonijet cari lill-Awtorita’ sabiex iggib fis-sehh il-penali amministrattivi ghal min jinqabad li mhux qed jsegwi r-regolamenti ppubblikati. Dan ifisser li min ma jimxix skond il-ligijiet ta’ pajjizna ser ikollu jibda jhallas ghal ghemilu.
Zgur li jekk kulhadd jaghmel dak li ghandu jaghmel, dawn il-multima’ jkunx hemm bzonnhom. Fl-ahhar mill-ahhar, il-Gvern jippreferi jippremja lil min juri sens ta’ impenn f’dan il-qasam. Nippreferu hafna izjed li jkunu s-sidien u l-haddiema li jiftahru huma stess b’ambjent tax-xoghol li jkun nieqes mill-periklu ghaliex huma stess hekk iriduh.

Grazzi!

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow