L-ewwel Ambaxxatur ta’ Malta għall-Islanda
pr1178
08/10/2003
| Nhar il-Ġimgħa, 3 t’Ottubru, l-Ambaxxatur Carmel J. Aquilina | ippreżenta l-kredenzjali tiegħu bħala l-ewwel Ambaxxatur ta’ Malta għall-Islanda, lill-President Olafur Ragnar Grimsson f’Reykjavik. L-Ambaxxatur Aquilina, li hu residenti f’Copenhagen, kien akkumpanjat mis-sinjura Aquilina, is-sur Stephen Borg, Kunsillier fl-Ambaxxata, u mill-Konslu Onorarju ta’ Malta f’Reykjavik, is-sur Bjarne Stefansson. |
| Fil-laqgħa mal-President Grimsson, wara l-preżentazzjoni | tal-kredenzjali, ġew diskussi l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi fid-diversi oqsma, il-futur ta’ Malta fi ħdan l-Unjoni Ewropea, kif ukoll ir-rwol tal-pajjiżi ż-żgħar fil-politika reġjonali u internazzjonali. |
| Matul iz-żjara tiegħu f’Reykjavik, l-Ambaxxatur | Aquilina kellu wkoll diversi taħdidiet ma’ uffiċċjali għolja fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, dak tat-Trasport, Turiżmu u Telekommunikazzjonijiet, fil-Ministeru ta’ l-Ambjent u Koperazzjoni Nordika, kif ukoll mal-Kamra tal-Kummerċ. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en