DISKORS TA' L-E.T. IL-PROF. GUIDO DE MARCO, PRESIDENT TA' MALTA, FL-OKKAZJONI TAL-KONFERENZA GENERALI 2003 TAL-GENERAL WORKERS' UNION – QAWRA – IT-TLIETA 7 TA' OTTUBRU 2003
pr1172
07/10/2003
| Huwa pjacir ghalija li | ghat-tieni darba qieghed nindirizza l-Konferenza Generali tal-General Workers Union. |
| Sentejn | ilu meta kellimtkom stqarrejt l-apprezzament tieghi tax-xoghol li kienet qed twettaq il-General Workers Union. Importanti dak in-nhar kien, id-dibattitu nazzjonali dwar id-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea; dibattitu li kif isir f’kull pajjiz demokratiku jigi rizolt mill-poplu. Hekk ghamel il-poplu Malti fir-referendum u hekk wettaq fl-elezzjoni Generali. Il-General Workers Union kif intrabtet mill-bidu nett, harset u rrispettat il-verdett tal-poplu Malti. U hekk kif inhi fid-dmir, trid tassigura li dan il-verdett tal-poplu jkompli jithaddem b’ghaqal u fil-harsien tal-interessi nazzjonali u tal-haddiem in partikolari. |
| Issa | d-diskussjoni m’ghadiex jekk Malta hiex ser tidhol fl-Unjoni Ewropea jew le: issa d-diskussjoni hi kif Malta fl-Unjoni Ewropea ser thares l-interessi taghha, kif ser tkabbar l-interessi taghha u permezz ta’ l-istess Unjoni Ewropea, kif ser tissalvagwarda l-interessi tal-haddiema u tal-familji taghhom. Dan kollox jista jsir fir-realizmu politiku kemm tal-Unjoni Ewropea kif ukoll taghna. |
| L-ekonomija | ta’ kull pajjiz, f’socjeta fejn il-helsien tas-suq jiddetermina il-kompetitivita’ u l-produttivita’, huwa sistema ekonomiku li fih id-dinja tal-lum topera. Pero’ dan is-suq hieles huwa suq, li fil-helsien tieghu ghandu jhares l-interess socjali. L-ekonomija tas-suq, minghajr vizjoni socjali, hija ekonomija li ssahhah lil min hu b’sahhtu u tbatti lil min hu dghajjef. |
| Filwaqt | li ma naqbilx ma l-aspetti vjolenti ta’ min jikritika l-ekonomija tas-suq u nara fil-vjolenza tan-Non Global difiza hafna hazina tad-drittijiet tal-pajjizi debboli u tal-fqar, inhoss li posti, u nemmen li l-post taghkom prezenti hawn, huwa li l-ekonomija kiesha u bierda li ma tarax l-interessi tax-xoghol f’kuntest uman, tkun qeghda tirriduci l-funzjoni tal-bniedem ghall-magna bla sens, intiza biss biex tiproduci l-flus, sistema bla ruh u bla qalb. |
| Pero’ | ir-realismu, kemm fil-politika u kemm fl-ekonomija huwa essenzjali. Hadd mhu ser jixtri prodott minghandek jekk il-prodott tieghek huwa iktar gholi min ta’ haddiehor minghajr ma jkun ahjar, hadd mhu ser jinvesti ghandek jekk int ma’ taghtix prova li l-haddiem tieghek huwa produttiv, li l-kapacita’ tieghu u l-hlas tieghu jikkompetu ma dak ta’ haddiehor. |
| Filwaqt | li hija responsabilita’ tal-gvern li jikkrea klima politiku u socjali li fih jassigura li l-investiment ser ikun protett u rispettat, fejn hemm is-saltna tad-dritt fil-pajjiz, fejn il-ligijiet huma serji u gusti, fejn ma jigix permess l-isfruttament tal-haddiem, fejn hemm unions serji li jafu d-drittijiet u d-dmirijet taghhom f’kuntest nazzjonali u mhux settorjali, huwa r-responsabilita’ tal-individwi, tal-haddiema, tal-investituri ta’ min irid ihaddem il-flus, ta’ min ghandu sens ta’ impresa, li flimkien f’dinja tax-xoghol li ghandhom imexxu l-ekonomija tal-pajjiz. Huwa principju tas-sewwa u mhux tal-ekonomija, li filwaqt li kulhadd ghandu jerfa l-piz tieghu fis-socjetà, dan ghandu jsir skond il-piz u s-sahha tieghu. |
| Il-pajjiz | ser jiffaccja sfidi godda; uzanzi fix-xoghol li m’ghadx fadallhom raguni jew li mhumiex gustifikati mis-sitwazzjoni ekonomika, kemm tal-impriza partikolari u kemm mis-sitwazzjoni nazzjonali, ma jistghux ikomplu jintuzaw. Inutili li biex tipprova ssalva immedjatament numru ta’ mpjiegi, tipperikola fit-tul numru ikbar ta’ impjiegi. Illum fis-socjeta taghna, it-taxxi huma mifruxa fil-maggorparti b’sens ta’ gustizzja. Hadd ma jrid li nergghu lura minn socjeta’ li nbniet fuq il-principji tal-welfare; hadd ma jrid li l-isptar ikun ghal min jiflah u mhux ghal min ghandu bzonn; hadd ma jrid li jkun hadem ghomru fuq ix-xoghol jispicca minghajr pensjoni adegwata; hadd ma jrid li l-edukazzjoni f’kull livell tinghata skond il-mezzi u mhux skond il-kapacita’. |
| Dawn | huma r-rebhiet li ghamlu l-gvernijiet taghnau l-unions ghas-socjeta, u li ghandhom jibqghu l-bazi fondamentali tal-izvilupp ta’ gensna. Izda nghamlu zball nimmaginaw li l-poplu ppreparat ihallas taxxi ghal xoghol mhux produttiv: it-taxxi ghandhom iservu biex jigi ikkreat xoghol vijabbli jew inkella biex jitharsu servizzi socjali jew importanti. Huwa l-haddiem l-ewwel li jinsisti, u bir-ragun, li huwa ghandu jmur ghax-xoghol biex jahdem u mhux biex ihares, biex jiproduci u mhux biex jittewweb, biex ikun kompettitiv u mhux biex jintelaq. Din hija d-dinja tax-xoghol tal-lum. Huwa l-impenn politiku tal-mexxejja tan-nazzjon taghna li jassiguraw l-izvilupp f’dawn il-parametri. Izda fi hdan ta’ dawn il-paramettri, huwa kull wiehed u wahda minna li jiggenera x-xoghol u li jkattar il-gid tal-pajjiz. |
U hawn hu r-rwol tal-General Workers Union. Huwa rwol ta’ responsabilita’ nazzjonali fejn tgharaf tavvanza l-interessi tal-haddiema partikolari f’kuntest tal-interessi nazzjonali. Sittin sena ta’ hajja u ta’ appogg nazzjonali, ghandhom l-interpretazzjoni taghhom. Union li ilha tghix sittin sena u hija b’sahhita tfisser li il-haddiem gharaf jiddentifika ruhu maghha. Union bhal General Workers Union ghandha dover ukoll tinterpreta l-grajjiet tal-pajjiz u tiffokhom fil-kuntest nazzjonali.
| Meta | tghix sittin sena tkun ghaddejt minn hafna esperjenzi tajbin u hziena, wettaqt zbalji u tghallimt minnhom, kbirt fl-appogg u frixt l-interessi tieghek. Pero’ hemm fattur partikolari: llum qatt mhu bhal bierah u ghada mhux ser ikun bhall llum. Dan ifisser li trid tiggedded kulljum, trid tkun dinamiku u ma’ tistax tibqa statiku. |
| Fi | zmien il-qlugh Malta kellha industrija tal-qoton qawwija. Meta mil-qlugh, in-navigazzjoni inbidlet ghall-magni, inutili tkompli tipproduci l-qoton biex taghmel il-qlugh ghax-xwieni li m’ghadhomx jezistu. |
| Meta | mitt sena ilu Ford beda l-mass production tal-karrozzi, Malta kienet mimlija karozzini. Izda meta il-karozzi dahlu f’Malta, ma stajniex nibqghu nivvjaggaw bil-karozzini biex mir-Rabat immorru Birkirkara jew biex naslu Bormla. U kellna nbiddlu ghall-karrozza. |
| Is-socjeta | ma tistax tibqa wieqfa: socjeta li tibqa wieqfa, hija destinata li tggarraf. U dan hu r-rwol ta’ kull union, li fil-process tal-bidla li trid issir, minn kien ilu jahdem b’sengha li m’ghadx fadallha skop, ma tistax f’logika ekonomika twarbu, tinsieh fit-triq u ma ttiehx opportunita’ biex jitghallem sengha gdida biex isib xoghol alternattiv. |
| Sittin | senna ilu, Malta kienet ghadha qed tohrog minn gwerra qalila fejn il-poplu Malti ta’ prova mhux biss ta’ erojismu, izda ghalkemm kien michud mill-liberta bhala poplu, gharaf jiddistingwi bejn pajjiz li ghal ta’ l-anqas jemmen fil-liberta’ ghall-poplu tieghu u min l-anqas biss irid il-liberta’ ghall-poplu tieghu. U f’dan is-sens il-haddiema tat-tarzna, li f’dawn il-granet tant qeghdin jissemew, altru li taw semhom. |
| Pero’ | d-dinja nbidlet. Ir-Royal Navy m’ghadiex tigi Malta ghax Malta huwa l-port taghha. In-Navies militari naqqsu fil-komponenza taghhom, u fuq kollox ahna rridu naraw lil Malta tghix f’bahar ta’ paci. Forsi hadd daqsna li batejna l-gwerra ma rridu l-paci. U l-futur ta’ Malta, mhuwiex biss li nkunu f’paci maghna nfusna, imma li tkun f’pont ta’ paci mal-girien taghha. Din hi Malta fl-Ewropa, pajjiz li jgharaf il-bzonnijiet tar-regjun tieghu u li tkun bennej ta’ pontijiet u ta’ komprensjoni mal-girien kollha filwaqt li jkompli jseddaq lilna l-Maltin. |
| Sittin | sena ta’ storja ta’ Malta li ghaliha il-GWU tant ikkontribwiet. Il-GWU ghall-Maltin kollha, hija parti mill-istrutturi li fuqhom pajjizna huwa mibni. Hi union li kitbet l-istorja ta’ artna, li bis-sagrificcju taghha gholliet isem u sehem il-haddiem fil-hajja nazzjonali. |
| Jien | nemmen li il-GWU, fil-ghaqal ta’ l-esperjenza taghha, indipendenti minn rabtiet politici, dedikata ghal Malta, ghall-haddiema ghandha kontribut siewi u essenzjali fl-istorja ta’ Malta ta’ ghada. |
Nirringrazjakom.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en