Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT: "L-Oppozizzjoni Trid li post Malta madwar il-mejda tad-decizjonijiet l-aktar importanti u li jolqtuna mill-qrib, jibqa’ vojt"

pr1158
Date Icon 06/10/2003

Il-Partit ta’ l-Oppozizzjoni jrid li post Malta, madwar il-mejda tad-decizjonijiet l-aktar importanti u li jolqtuna mill-qrib, jibqa’ vojt.

Dan kien konfermat mill-Kelliem tal-Oppozizzjoni, l-Onor. Noel Farrugia li akkuza lid-dipartimenti li jiffurmaw il-Ministeru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, b’infieq fuq safar matul din is-sena.

Il-kummenti tal-kelliemi Laburista jikkonfermaw l-inkonsistenzatal-Oppozizzjoni li, f’mument tghid li trid tirrispetta d-decizjoni cara tal-poplu Malti, li Malta tissieheb fl-Unjoni Ewropea, u li b’hekk Malta jkollha sehem u vuci akbar f’fora internazzjonali; u fl-istess nifs takkuza lill-Gvern b’nefqa akbar ghal safar biex dan id-dover jista’ jitwettaq.
L-Onor. Noel Farrugia messu jaf li dan il-Ministerukien ristrutturat u li issa jinkludi wkoll il-harsien tal-ambjent u li dan bil-fors iwassal ghal spejjez akbar biex Malta tkun rapprezentata fil-laqghat importanti li jkunu ghaddejjin f’dawn l-oqsma. Irid jinghad ukoll li parti minn dawn l-ispejjez se jingabru lura mill-Gvern Malti permezz tat-TAIEX, li hu programm ta’ assistenza tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-fatt li ufficjali gholja minn dan il-Ministerujkunu prezenti f’laqghat importanti hu konferma ta’ l-impenn tal-Gvern li Malta tkun prezenti fit-tfassil ta’ politika li, fix-xhur u s-snin li gejjin, se jkollhom impatt fuq pajjizna.
Nistiednu lill-Onor. Noel Farrugia, biex jiddikjarajekk huwa huwiex favur jew le, li Malta tibqa’ membru ta’ l-Unjoni Ewropea, u li l-Gvern jahdem biex jaghti sehemhu fid-decizjonijiet li jittiehdu fl-Unjoni Ewropea dwar il-biedja, sajd, ambjent u zvilupp rurali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow