Il-Ministru Louis Galea Jindirizza Konferenza ta’ l-UNESCO
pr1132
02/10/2003
| Il-Ministru | ta’ l-Edukazzjoni, l-Onor. Dr. Louis Galea, il-bieraħ indirizza l-Konferenza Ġenerali ta’ l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, Xjenza u Kultura (UNESCO) li qed tiltaqa` f’Pariġi. Il-Konfernza ġenerali ta’ l-UNESCO, li tiltaqa` kull sentejn, qed tiddiskuti il-Programm ta’ ħidma u l-Budget għas-sentejn li ġejjin. |
| L-Istati Uniti ta’ l-Amerika irritornat uffiċjalment bħala membru | fi ħdan l-UNESCO b’effett mill-bieraħ l-1 ta’ Ottubru, 2003, wara assenza ta’ kważi għoxrin sena minn meta fl-1984 irtirat is-sħubija u l-appoġġ tagħha minn din l-Organizazzjoni. Id-diskors tar-ritorn sar minn mart il-President Amerikan, Laura Bush, li qalet li b’dan ir-ritorn l-Amerika riedet temfasizza il-kontribut tagħha favur id-dinjita` tal-bniedem. Ir-ritorn ta’ l-Amerika ifisser ukoll appoġġ finanzjarju qawwi għall-Budget tal-UNESCO u allura programmi ta’ ħidma aktar effettivi fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, xjenza u kultura madwar id-dinja. Laura Bush fakkret li wieħed mill-iskopijiet ta’ l-UNESCO huwa li flimkien nistgħu insawwru il-ħarsien tal-paċi fl-imħuħ tal-bnedmin. |
| Timor | tal-Lvant (Timor Leste) huwa il-pajjiż li ġie aċċettat bħala membru ġdid fl-UNESCO f’din is- Sessjoni. |
| Fid-diskors | tiegħu il-Ministru Louis Galea irrifera għal tlett kwestjonijiet li jinsabu fuq quddiem nett ta’ l-agenda ta’ l-UNESCO. L-ewwel fisser l-impenn tal-Gvern Malti favur ir-rispett u it-tisħiħ tad-diversita` kulturali fid-dinja u seħaq li Malta fl-Unjoni Ewropeja ser taħdem favur id-djalogu bejn il-kulturi differenti fir-reġjun Ewro-Mediterraneju. Huwa irrefera għall-ħidma fuq bażi multi-kulturali li qed titwettaq mill-Istitut Internazzjonali ta’ l-Anzjani, mill-Istitut Internazzjonali tal-Liġi Marittima, u mill-Akkademja Mediterraneja għal Studji Diplomatiċi. Il-Ministru Galea tkellem ukoll dwar il-priorita` li l-Gvern Malti qed jagħti lit-teknoloġiji ta’ l-elettronika u l-informazzjoni u l-impatt ta’ dawn fuq id-diversita` kulturali. Huwa fakkar fl-użu ta’ dawn it-teknoloġiji mill-Istitut Mediterraneju ta’ l-Universita` fi programmi bi sħubija ma’ l-UNESCO. |
| Fl-aħħarnett | il-Ministru Galea appoġġja il-ħidma ta’ l-UNESCO fil-ġlieda tagħha biex trażżan il-qirda tal-wirt kulturali u fakkar fil-liġi ġdida li adottat Malta is-sena l-oħra f’dan is-settur. |
It-test tad-diskors tal-Ministru isegwi.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en