Left arrow Go Back

Diskors mill-Onor. Dr. Francis Agius, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, fl-okkazjoni tal-Jum Dinji ghall-Anzjani - 1 ta’ Ottubru, 2003.

pr1129
Date Icon 01/10/2003

Sinjuri

Wiehed mill-aktar fenomeni li nistghu nghidu li kelluimpatt qawwi matul dan is-seklu huwa bla dubju ta’ xejn il-fatt illi, n-numru ta’ anzjani madwar id-dinja kollha qieghed jizdied b’rata qawwija. Mhux ta’ b’xejn li dan is-seklu qieghed jigi meqjus bhala "Is-seklu ta’ l-Anzjanita". Huwa stmat illi l-popolazzjoni anzjana fid-dinja kollha qeghda tizdied bir-rata allarmanti ta’ madwar miljun ruh fix-xahar. Kien propju ghalhekk illi in-Nazzjonijiet Uniti flimkien ma’ organizazzjonijiet ohra madwar id-dinja, iddikjaraw l-ewwel ta’ Ottubru bhala jum sinonimu ma’ l-anzjani.
Dan il-fenomenu gdid qieghed johloq opportunitajiet usfidi godda lis-socjeta’ kollha. Kull gvern responsabli ghandu dmir illi jara li l-popolazzjoni kollha tkun preparata ghall-istadji kollha tal-hajja b’mod partikolari ghall-anzjanita. Din il-preparazzjoni ghandha tkun parti integrali minn kull politika socjali u tinfirex fuq l-aspetti kollha tal-hajja, kemm psikologici, kulturali, spiritwali, ekonomici u fatturi ohra.
L-integrazzjoni bejn l-anzjanita u l-izvilupp hijafuzjoni komplikata bejn l-ekonomija tal-pajjiz u x-xoghol, kif ukoll fatturi bhas-sistemi tal-pensjonijiet, servizzi socjali u sistemi ta’ sapport kemm formali kif ukoll tradizzjonali fi sfond ta’ bidla teknologica u kulturali. L-effett ta’ popolazzjoni anzjana sejra, jew ahjar, qeghda, aktar ma jaghddi z-zmien tolqot u tiddetermina d-decizzjonijiet politici kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali.
L-anzjan huwa parti integrali mis-socjeta kollha uhemm bzonn li nharsu lejn il-persuna anzjana bhala element importanti li jifforma r-rizorsi umani u socjali tal-pajjiz. Il-politika socjali tal-gvern trid tkun imfassla b'mod biex hadd ma jsib ruhu mwarrab u eskluz mis-socjeta. Il-Politika trid tkun orjentata fuq is-servizzi personalizzati li ghandhom bhala bazi taghhom il-bniedem l-anzjan, bhala entita' u bhala persuna umana. Il-gvern huwa mpenjat biex itejjeb il-kwalita tal-hajja tal-anzjani taghna u jghinhom biex ikomplu jghixu fil-komunita.
Fl-1991 il-Gnus Maghquda holqot il-Principjital-Anzjani u stiednet lill-gvernijiet kollha sabiex ifasslu politika madwar dawn il-principji li huma mqassmin f'hames kategoriji:-

(i) L-Indipendenza (Independence)

(ii) Il-Partecipazzjoni (Participation)

(iii) Il-Kura (Care)

(iv) Il-Milja tal-individwu (Self-fulfillment)

(v) Id-Dinjita tal-anzjan (Dignity)

L-esperjenza tghallimna illi ghal din is-sezzjonitas-socjeta, trid tfassal politika dwar l-anzjani li tqis ukoll il-bidliet socjali, kulturali, ekonomici u politici li qed isehhu madwarna. Politika ta' dan it-tip trid ukoll thoss il-polz tal-istess anzjani, sabiex tkun realistika kif ukoll tqarreb kemm jista' jkun lejn ix-xewqat tal-anzjani nfushom.
F’pajjizna rnexxielna indahhlu kultura gdida dwarl-anzjani li fiha hemm imsawwar il-kuncett li nkomplu nghollu d-dinjita' u l-prestigju ta’ l-anzjan biex b'hekk intejbu l-'image' tal-anzjan u tax-xjuhija.
Fattur importanti tal-kwalita tal-hajja li qeghdinjghixu l-anzjani illum u li jridu jghixu fil-futur, huwa zgur il-fattur finanzjarju - jigifieri l-pensjonijiet u diversi beneficcji socjali li hafna anzjani jircievu u li jghinuhom jghixu hajja aktar komda. Irridu naraw li l-pensjoni tal-gurnata jibqa' jkollha l-valur taghha meta tqisha fil-qafas ekonomiku - socjali tal-pajjiz kollu.
Il-kwalita tal-hajja li jrid igawdi l-anzjanfil-futur ser tkun tiddependi hafna fuq ir-riforma shiha li trid issir mhux biss fil-qasam tal-pensjonijiet izda fis-sistema kollha tal-Welfare. Il-Gvern jemmen li biex inpoggu l-pensjonijiet fuq bazi soda hemm bzonn li jkollna ekonomija b'sahhitha u soda u li l-pensjoni tal-istat ghandha tkun l-ewwel pedament fundamentali ghall-pensjonant.
Ragunijiet ohra li qeghdin jikkontribwixxughal-kwalita gholja tal-hajja huma s-servizzi ghall-anzjani li ghadhom jghixu f'darhom. Sensiela ta' servizzi li qeghdin jaghmlu uzu minnhom tant anzjani u li f'hafna kazi ghinuhom biex sakemm kien possibli baqghu jghixu fil-komunita. Qieghed nirreferi ghas-servizzi bhal Home Help/Care; Telecare; Handyman Service; Meals on Wheels; Incontinence Service; Kartanzjan; Day Centres.
Minnbarra dawn is-servizzi l-anzjan jista' jaghmeluzu tas-servizzi eccellenti li joffri l-isptar Zammit Clapp, sptar gerjatriku akut u ri-abbilitattiv. Huwa veru li dawn is-servizzi kollha qeghdin jikkontribwixxu ghall-kwalita ta'hajja ahjar, izda huwa wkoll daqstant veru li rridu nwettqu pjan ta' azzjoni biex dawn is-servizzi jirrendu aktar lill-anzjani li veru jkollhom bzonnhom u b'hekk il-kwalita tal-hajja tkun tista' tkompli titjieb fil-futur.
Ghalkemm in-numru t'anzjani li humaistituzzjonalizzati huwa zghir meta paragunat man-numru totali ta’ anzjani, il-gvern xorta kellu u ghandu d-dmir li jtejjeb il-livell tal-ghixien u l-kwalita tal-hajja ta' dawk l-anzjani. F'dawn l-ahhar snin inbnew djar residenzjali tal-oghla livell, fil-waqt li San Vincenz de Paul qatt ma ra daqstant titjib u progress, kemm mill-aspett strutturali u infrastrutturali tal-wards, kif ukoll fis-servizz kontinwu li jinghata lir-residenti. Meta wiehed ikun qed jitkellem fuq kura residenzjali, wiehed bil-fors irid isemmi tant djar mmexxija mill-Knisja u fiz-zminijiet tal-lum, djar privati tal-anzjani li aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed jinfethu godda.
Izda l-Gvern huwa konxju li ghalkemm il-policyewlenija tieghu hija li tipprovdi is-servizzi essenzjali fil-komunita, xorta qieghed ihabbat wiccu ma lista twila t'anzjani li jridu jidhlu jghixu f'xi djar residenzjali u aktar ma jghaddi z-zmien aktar in-numru qieghed jikber. Hemm diversi triqat, kif tittaffa din il-problema fosthom li l-Gvern jissieheb mas-settur privat biex jigu provduti servizz ta' akkomodazzjoni ghall-anzjani li jiggarantixxi kura kwalitattiva li thares fost affarijiet ohra d-dinjita, il-privatezza u d-dritt tal-ghazla tal-persuna anzjana. B'kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali, jistghu jinfethu anke djar zghar li jkunu jistghu jikkomodaw numru t'anzjani mil-lokal stess.
Nispera li fil-futur qarib San Vincenz de Paul ghandujibqa' jservi biss bhala residenza li fiha jinghataw kura, lill-anzjani dipendenti u li jkollhom bzonn ghajnuna aktar specjalizzata f’qafas amministrativ awtonomu.
Il-kwalita tal-hajja tal-anzjani, ghada aktar mil-lum,ser tkun marbuta wkoll mal-kontribut li jridu jaghtu l-Kunsilli Lokali fil-qasam tal-anzjani. M'hemmx dubbju li kull progress mixtieq u mistenni fil-futur fil-qasam tal-anzjani huwa marbut intrinsikament mal-kontribut li jridu jaghtu l-kunsilli lokali fix-xhur u s-snin li gejjin. Il-kunsilli lokali ghandhom jkollhom rwol ferm aktar importanti u determinanti fil-hajja ta' kuljum tal-anzjani ta' kull stat socjali f'kull belt u rahal ta' pajjizna. Iridu jahdmu b'aktar serjeta u b'aktar energija bil-kolaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Anzjani fil-pjanifikazzjoni ta' aktar Day Centres u possibilment fil-ftuh ta' xiNight Centres; iridu jghinu lill-gvern centrali fil-pjanijiet tieghu biex jigu moqdija kemm jista' jkun malajr dawk l-anzjani li jridu jidhlu f'xi djar tax-xjuh; iridu jkunu l-promoturi t'attivitajiet li fihom ikunu jistghu jippartecipaw numru kbir t'anzjani biex b'hekk aktar tissahhah l-integrazzjoni taghhom fis-socjeta. Il-kunsilli lokali jridu jkunu f'pozizzjoni li, bil-funzjoni taghhom ighinhom fit-twettiq tal-policy tal-Welfare Society, li trid tkun il-bazi tal-qasam socjali kollu f'pajjizna.
Il-vizjoni taghna tal-anzjan fis-socjeta li qeghdinnghixu fiha, hija wahda inkluziva u mhux eskluziva, hija ta' anzjan li jrid jibqa' attiv f'din is-socjeta. L-anzjan irid jiehu hafna izjed l-inizjattiva f'idejh. Irid ikun anzjan pro-attiv - jigifieri jrid huwa stess ifittex kif jaghti kontribut siewi lis-socjeta.
L-isfidi tal-futur fil-qasam tal-anzjani huma kbarizda ma rridux naqtghu qalbna. Il-progress miksub f'dawn l-ahhar snin jghamlilna kuragg u huwa garanzija tal-futur. Gvern wahdu ma jistax jissodisfa l-htigijiet kollha li dejjem jizdiedu u jinbidlu f'settur ta' popolazzjoni li qieghed jikber ma kull sena li tghaddi. Irridu nahdmu lkoll f'daqqa, id f'id - Gvern, Knisja, Volontarjat, Settur Privat u l-Anzjani nfushom flimkien mal-familji taghhom - u allura zgur li nottjenu dak li lkoll nixtiequ, li l-anzjan f'pajjizna igawdi d-dinjita u jkun rispettat mis-socjeta taghna. B'hekk inkunu wkoll qeghdin niggarantixxu lill-anzjani taghna kwalita ta' hajja dejjem ahjar anke fil-futur.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow