Htiega li s-settur privat jhares lejn l-opportunitajiet li jezistu barra minn Malta
pr1125
01/10/2003
| Huwa importanti li s-settur privat fil-qasam tat-teknologija | tal-informazzjoni, jhares lejn l-opportunitajiet li jezistu ‘il hinn minn xtutna." Dan qalu l-Ministru responsabbli mit-Teknologija ta’ l-Informazzjoni u l-Investiment, l-Onor. Dr. Austin Gatt, meta kien qed jindirizza seminar organizzat mill-kumpanija Megabyte, rapprezentanti f’Malta tal-kumpanija internazzjonali tas-software MICROS FIDELIO. |
| Fid-diskors tieghu l-Ministru Gatt, spjega li tul | dawn l-ahhar tliet snin saret hidma siewja biex "filwaqt li nizguraw li jkollna f’posthom il-pilastri principali biex nibnu socjeta’ u ekonomija ta’ l-informazzjoni ta’ l-oghla livell, inharrgu f’pajjizna r-rizorsi umani necessarji ghall-izvilupp ta’ dan is-settur." |
| Il-Ministru Gatt semma li rridu nharsu ‘l quddiem u | rridu nkomplu nahdmu biex naghmlu minn Malta c-centru regjonali ta’ eccellenza f’dan il-qasam. Pajjizna huwa moghni minn ghadd ta’ vantaggi li fuqhom, bl-impenn ta’ kullhadd, nkunu nistghu nilhqu dan il-ghan. |
| F’dan il-qasam, bhal qasam tat-turizmu, il-Gvern | jrid ikun l-ixprun li jimmotiva u flimkien mal-partijiet kollha, jfassal l-istrategija ghas-snin li gejjin. Imnebbah minn dan il-hsieb, kien il-holqien tal-Kunsill Konsultattiv Nazzjonali ghal Socjeta’ tal-Informazzjoni. Dan il-kunsill jghaqqad flimkien 50 organizzazzjoni, li msiehba flimkien mal-Gvern, jfasslu l-politika strategika ghas-snin li gejjin. |
| Austin Gatt inkoragixxa lis-settur privat biex | jikkoncentra l-isforzi tieghu sabiex jaghraf jisfrutta l-opportunitajiet li joffri s-suq internazzjonali u flimkien ma’ partners internazzjonali, jiggeneraw l-investiment necessarju ghal dan il-pajjiz. Huwa qal, li konxju mill-hiliet tal-Malti u l-vantaggi li toffri din il-gzira, dan il-ghan jista’ jintlahaq. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en