Il-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern Dr Tonio Borg jindirizza l-Laqgha ghas-Sindki
pr1115
29/09/2003
| Il-Gvern | se jnaqqas il-persentagg ta’ bilanc posittiv li kull Kunsill Lokali hu legalment obbligat li jkollu fil-finanzi tieghu, f’kull zmien tas-sena, minn ghaxra fil-mija ghal hamsa fil-mija. B’hekk kull Kunsill issa se jkollu hamsa fil-mija aktar tal-fondi tieghu stess li jkun jista’ juzahom. Dan habbru l-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Dr Tonio Borg meta ndirizza l-Laqgha ghas-Sindki li saret f’Ghajnsielem Ghawdex. |
| Il-Ministru | Borg sahaq fuq il-htiega li kull Kunsill juza r-rizorsi finanzjarji tieghu bil-ghaqal. Huwa spjega kemm huwa mportanti li l-Kunsilli jkunu kkonsultati qabel ma jittiehdu dawk id-decizjonjijiet li jolqtuhom mill-qrib. |
| Huwa | fakkar li meta kien Ministru responsabbli mill-Awtorità ta’ l-Ippjanar, kien introduca zewg emendi li ntroducew obbligu legali li l-Awtorità tikkonsulta mal-Kunsilli Lokali. Emenda wahda kienet dik li l-Kunsill ghandu jkun notifikat b’kull applikazzjoni li tidhol mil-lokalità rispettiva u l-ohra hi li l-Kunsilli jkollhom id-dritt li jappellaw mid-decizjonijiet ta’ l-Awtorità. |
| Il-Ministru | Borg irrefera ghall-Konferenza Nazzjonali dwar id-Demokrazija Lokali li qed tigi organizzata mill-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern bhala parti mill-attivitajiet li qed isiru biex jigi mfakkar gheluq l-ghaxar anniversarju mill-ewwel elezzjoni tal-Kunsilli Lokali. Il-Konferenza Nazzjonali li se ssir fl-10 t’Ottubru li gej, se tibda process li jwassal ghal tibdil, fejn hu mehtieg fil-Ligi dwar il-Kunsilli Lokali. |
| Il-Ministru | Borg temm il-messagg tieghu billi qal li japprezza x-xoghol li jsir mis-Sindki u l-kunsilliera u qal li l-kredenzjali taghhom huma sodi daqs dawk tad-Deputati Parlamentari. Matul il-laqgha gew approvati tliet mozzjonijiet, wahda minnhom imressqa mill-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li tipproponi li l-Kunsilli Lokali jkunu eletti ghal perjodu ta’ erba’ snin u mhux ghal tlieta kif inhuma bhalissa. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en