Left arrow Go Back

Ħidma biex intejjbu l-prodott turistiku ta’ pajjiżna

pr1103
Date Icon 26/09/2003
Metakien qed izur xoghlijiet ta’ restawr fil-faccata tal-Palazz ta’ l-Inkwizitur fil-Birgu, il-Ministru ghat-Turizmu, l-Onor. Dr. Francis Zammit Dimech qal li l-wirt storiku u kulturali ta’ pajjiżna kien ta’ importanza ewlenija għall-prodott turistiku tagħna. Hu qal li dan il-wirt irridu nħarsuh billi kull fejn tinħass il-ħtieġa nirriabilitawh u nirrestawrawh.
FrancisZammit Dimech qal li l-Gvern kien ħoloq l-infrastruttura biex isir investiment fir-restawr u r-riġenerazzjoni tal-wirt storiku u kulturali ta’ pajjiżna. Hu qal li kienu twaqqfu l-Proġetti għar-Riabilitazzjoni tal-belt Valletta, il-Kottonera u l-Imdina u kien twaqqaf il-Unit għar-Restawr. Hu qal li dawn kienu qed isibu għajnuna u kollaborazzjoni minn diversi organizazzjonijiet volontarji, mis-settur privat u mhux l-inqas mill-Kunsilli Lokali.
Il-Ministrugħat-Turiżmu qal li fi ħdan l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kienet inħasset il-ħtieġa li tingħata għajnuna biex ikunu realizzati proġetti ta’ restawr. Hu qal li fi ħdan il-Product Planning and Development Directorate twaqqaf il-Projects and Planning Unit, li qed jipprova juri t-triq billi jagħti l-eżempju lejn ir-realizazzjoni ta’ proġetti ta’ restawr bħala mezz ta’ riġenerazzjoni u titjib fil-prodott turistiku, b’enfażi partikolari fuq il-bliet imdawwrin bis-swar. Hu qal li kien anke l-għan ta’ dan il-unit li jindirizza l-iżbilanċ fin-numru ta’ turisti li jżuru d-diversi bliet storiċi ta’ pajjiżna bl-iskop li kulħadd igawdi mill-ġid li jġib miegħu dan is-settur.
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li l-Projects and Planning Unit qed twettaq dawn il-proġetti bi sħab ma’ entitajiet oħra billi toħroġ il-fondi meħtieġa. Hu qal li diġa twettaq il-proġett ta’ restawr ta’ Greek’s Gate fl-Imdina, qed ikunu restawrati d-daħliet ewlenin tal-Palazz tal-Gran Mastru fil-belt Valletta u l-faċċata tal-Palazz ta’ l-Inwiżitur fil-Birgu.
Huqal li għal dan l-aħħar proġett l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kienet qed toħroġ Lm20,000. Hu qal li l-Palazz ta’ l-Inkwiżitur kien wieħed importanti minħabba l-valur arkitettoniku, storiku u reliġjuż tiegħu. Hu qal li dan il-palazz kien is-sede ta’ l-Inkwiżitur u persunaġġi li okkupawh anke ġew eletti Papiet.  Francis Zammit Dimech qal li madwar 60,000 persuna jżuru dan il-palazz u kien wieħed mill-aktar bini importanti tal-Birgu.
FrancisZammit Dimech qal li sit ieħor importanti fil-Birgu kienu l-inħawi tal-Collachio. Hu qal li l-Kunsill Lokali tal-Birgu kien qed jirriġenera dawn l-inħawi storiċi li jiġbru fihom bereġ, palazzi u djar antiki. Għal dan il-għan il-Kunsill Lokali tal-Birgu kien qed jingħata għotja mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu biex jistalla sistema ġdida ta’ dwal li huma kompatibbli ma’ l-inħawi u anke għal bankijiet li se jsiru fil-lokalita’ tal-Birgu.
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li l-Birgu kien laboratorju ta’ storja u kultura li kulmin jiġi Malta kellu jżur biex jgħix l-istorja millenarja ta’ pajjiżna. Francis Zammit Dimech irringrazzja lill-Projects and Planning Unit ta’ l-appoġġ li qed jagħtu lejn it-titjib tal-wirt storiku ta’ pajjiżna u lill-Kunsill Lokali Birgu li kien qed jaħdem bla serħan biex din il-belt antika tingħata lura l-glorja li kienet tgawdi fil-passat.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow