Left arrow Go Back

ZJARA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GEORGE PULLICINO FL-ISKOLA PRIMARJA TAL-FGURA BHALA PARTI MILL-PROGETT PILOTA EKO SKOLA

PR109
Date Icon 28/01/2003
Il-progett Eko Skola hu prova cara ta’ kemm il-Gvern irid jifrex l-edukazzjonifavur il-harsien tal-ambjent fost diversi oqsma tas-socjeta’, sahansitra fost it-tfal sa’ minn eta’ zghira. Il-Gvern qed jiehu diversi mizuri ntizi biex itejbu l-istat tal-ambjent f’Malta, madankollu, l-impenn ta’ kulhadd hu mehtieg u bzonnjuz.
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministerughall-Intern u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino, waqt zjara li ghamel fl-iskola primarja tal-Fgura, Emanuel D. Decesare, li hija wahda minn sitt skejjel f’Malta u Ghawdex li qed jippartecipaw fil-progett pilota tal-programm Eko Skola.
Prezenti ghal din l-attivita’ kien hemm ukoll id-DiretturGenerali ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), Dr. Godwin Cassar.
Is-Segretarju Parlamentari Pullicino semma xiinizjattivi li qed jittiehdu mill-Gvern bhala ezempju haj tal-impenn favur ambjent ahjar. Hu qal li minn Marzu li gej, se tinbeda skema li permezz taghha se tithawwel sigra f’kull lokalita’ ghal kull tarbija li titwieled. George Pullicino qal li l-Gvern se jghin bl-ahjar mod lill-Kunsilli Lokali biex dan il-progett jirnexxi.
Intant, il-progett Eko Skola hu mahsub biex igieghelstudenti, ghalliema u genituri jiehdu mizuri prattici biex inaqqsu l-impatt fuq l-ambjent tal-iskejjel taghhom. Permezz ta’ dan il-progett pilota, l-istudenti Maltin se jinghaqdu ma’ sebat elef skola ohra f’26 pajjiz li jippartecipaw fi progetti simili.
Is-Segretarju Parlamentari Pullicino qara’ storjamiktuba ghall-okkazjoni mahsuba biex tappella ghall-impenn tat-tfal.
Kull skola li qed tippartecipa se twaqqaf kumitat lijinkludi fih ghalliema, studenti, genituri u impjegati ohra li ghandhom jaraw l-impatt ambjentali tal-iskola, jippreparaw pjan t’azzjoni u kodici dwar x’inhu mistenni li jintlahaq mill-programm.
Il-programm Eko Skola twaqqaf fl-1994 u hu mfassal fuq l-Agenda 21tal-Gnus Maghquda. Il-progett f’Malta qed ikun ko-ordinat minn Dr Paul Pace u qed jitmexxa mill-MEPA u mid-Divizjoni tal-Edukazzjoni fil-Ministeru ghall-Edukazzjoni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi nofs miljun ewro f’10 proġetti ta’ playing fields u spazji ta’ rikreazzjoni f’Malta u Għawdex

PR261932

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

More Press Releases Right arrow