STQARRIJA MILL-MINISTERU TA’ L-EDUKAZZJONI DWAR ALLEGAZZJONIJIET INFONDATI
Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni jqis l-allegazzjonijiet tal-Kelliem Ewlieni ta’ l-Oppozizzjoni dwar l-Edukazzjoni, l-Onor. Carmelo Abela, dwar il-proċess ta’ l-għażla ta’ l-għalliema, bħala infondati, minkejja li l-Oppozizzjoni taf sew x’inhi s-sistema tal-ħatriet fis-servizz pubbliku. L-Onor. Carmelo Abela jaf kif jaħdem il-proċess ta’ l-għażla ta’ l-għalliema u jaf ukoll li dan il-proċess hu mmexxi u regolat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (PSC), awtorità indipendenti u kostituzzjonali.
Mhux veru dak li qed jiġi kkwotat li qed jgħid l-Onor. Abela li l-persuni tal-Bordijiet ta’ l-Għażla “huma mqabbda mill-Ministeru”. Fil-fatt il-Bord ta’ l-Għażla huwa maħtur mill-PSC u l-Ministeru m’għandu l-ebda sehem f’din id-deċiżjoni.
| Mhux veru li l-membri tal-bordijiet ta’ l-għażla | “m’humiex kwalifikati”. Fil-fatt, il-PSC tagħżel dawn il-membri minn fost id-Diretturi, l-Assistenti Diretturi u l-uffiċjali edukattivi tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, jew minn fost persuni kwalifikati, li jkunu rtiraw mis-Servizz Pubbliku. |
| Inoltre, il-Ministeru m’għandu x’jaqsam xejn | mal-kriterji ta’ l-għażla (p.ez. kwalifiki akkademici, personalità, eċċ) u l-anqas ghandhu x’jaqsam mal-marki li jiġu stabbiliti għal kull kriterju. Dawn jiġu stabbiliti mill-PSC qabel ma tiġi ppublikata s-sejħa għall-applikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern. |
| Mhux veru li “meta l-għażla bdiet issir, | ir-riżultati nżammu maqfula fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni”. Fil-fatt, meta jitlestew l-intervisti, jsir ir-rapport ta’ l-għażla u dan jingħata lill-PSC u jibqa’ għand il-PSC, sakemm din tagħmel il-verifiki tagħha u tippublika r-riżultat. |
| L-Onor. Carmelo Abela għandu jirrikonoxxi wkoll li | qatt ma kien hemm trasparenza f’dawn il-proċessi daqs taħt dan il-Gvern, li ta drittijiet ta’ l-appell lill-individwi konċernati, sew quddiem il-PSC, kif ukoll quddiem l-Ombudsman. Kull min iħoss li għandu xi lment x’jagħmel, għandu jirrikorri għand dawn l-awtoritajiet. |
| Il-proċess ta’ l-għażla ta’ uffiċjali | pubbliċi f’ċertu gradi, kif inhuma l-għalliema fl-iskejjel tal-Gvern, hu proċess li ilhu jiġi segwit is-snin, u bil-miżuri li ħadet l-istess PSC, sar proċess għal kollox indipendenti mill-Gvern u minn kull Ministeru. |
| L-Onor Abela jaf li f’dawn il-każijiet il-Gvern m’għandu | l-ebda diskrezzjoni u li jrid jaġixxi skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-PSC. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en