Left arrow Go Back

INFORMAZZJONI DWAR L-EWWEL ĠURNATA TA’ L-ISKOLA

pr1064
Date Icon 18/09/2003
Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni jixtieq javża li minħabba il-maltempli laqgħat lill-ġżejjer Maltin din il-ġimgħa, il-Junior Lyceum tal-Handaq u l-iskola sekondarja San Ġużepp Ħaddiem tal-Marsa ġarrbu ħsarat konsiderevoli minħabba l-ilmijiet u t-tajn li daħal fl-iskola u l-klassijiet. Fil-każ ta’ l-iskola tal-Ħandaq l-ilma daħal f’numru ta’ klassijiet u għamel ħsara fit-triq li twassal għall-iskola. Saret ukoll ħsara b’riżultat ta’ l-isplużjoni f’kamra tan-nar qrib li rriżultat f’diversi twieqi imkissrin. Fl-iskola tal-Marsa il-ħsara hi aktar kbira peress li l-ilma daħal f’diversi workshops u għola b’diversi filati (sitt piedi ilma) u b’hekk l-apparat li jintuża f’dawn il-workshops kienu kompletament mgħottijin bl-ilma.
Il-Fondazzjoni għall-iSkejjel ta’ Għada (FTS)flimkien ma l-istaff ta’ l-iskejjel qed twettaq ħidma intensiva biex dawn iż-żewġ skejjel isirilhom ix-xogħol u t-tindif meħtieġ u qed tagħmel dak kollu possibbli biex jekk jista jkun jiftħu b’mod normali nhar it-Tnejn 22 ta’ Settembru għall-ewwel ġurnata ta’ l-iskola mal-bqija ta’ l-iskejjel ta’ l-iStat. Madankollu il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni jissuġġerixxi lill-ġenituri li jibgħatu lit-tfal tagħhom f’dawn iż-żewġ skejjel biex ikomplu jsegwu l-informazzjoni li se tkun qed toħroġ fil-jiem li ġejjin dwar is-sitwazzjoni f’dawn l-iskejjel.
Kif diġa ħabbar il-Ministeru ta’ l-Ambjent, nharit-Tnejn 22 ta’ Settembru pajjiżna se jkun qed jipparteċipa fl-inizjattiva Ewropea tal-‘Car Free Day’. Din l-inizjattiva se taħbat ma’ l-ewwel ġurnata ta’ l-iskola. Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, filwaqt li jħeġġeġ lil kulħadd jikkoopera u jipparteċipa f’din l-inizjattiva, javża li it-trasport pubbliku provdut mid-Diviżjoni ta’ l-edukazzjoni għall-iskejjel mhux se jkun milqut u għalhekk se jaħdem b’mod normali. Il-Ministeru javża wkoll lill-ġenituri li normalment iwasslu lit-tfal tagħhom bil-karozzi privati tagħhom li xorta waħda huma obbligati jiżguraw li uliedhom jitwasslu l-iskola fil-ħin għall-ewwel ġurnata ta’ l-iskola.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow