Left arrow Go Back

7,000 TURIST F’JUM WIEĦED FUQ SITT CRUISE LINERS

pr1063
Date Icon 18/09/2003
Matul il-ġurnata tal-lum daħlu fil-Port il-Kbirsitt cruise liners b’madwar 7,000 passiġġier fuqhom. Dan hu l-akbar numru ta’ passiġġieri fuq cruise liners li daħlu Malta matul din is-sena.
Il-cruise liners li daħlu Malta llum huma l-Constellation,l-Ocean, Bolero, Island Escape, Jasmine u Splendor of the Seas.
In-numru ta’ passiġġieri li qed jidħlu fuq cruiseliners qiegħed kulma jmur jiżdied. Fl-2001 żaru Malta 259,390 turist fuq cruise liners. Is-sena li għaddiet in-numru tela’ bi 82,242 għal 341,632. Fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena diġa kien hemm żieda ta’ 13,437 turist li żaru Malta fuq cruise liners. Bejn Jannar u Lulju żaru Malta permezz ta’ cruise liners 180,139 turist. Mill-Mediterran jgħaddu madwar 1.2 miljun passiġġier fuq cruise liners.
Is-servizz lil turisti li jżuru Malta fuq cruiseliners mistenni jitjieb darba jitlesta l-proġett tal-Cruise Liner Passenger Terminal li diversi stadji tiegħu tlestew jew jinstabu fi stadju avvanzat. Il-Cruise Liner Passenger Terminal qed jinbena b’investiment ta’ Lm10 miljun. Il-koordinazzjoni tal-Cruise Liner Passenger Terminal hi f’idejn il-Ministeru għat-Turiżmu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow