Left arrow Go Back

Il-Ministru George Pullicino jifraħ lil Nature Trust

pr1059
Date Icon 18/09/2003
Bl-isforzu d-determinazzjoni ta’ kullħadd, Malta għandha tkun minn ta’ quddiem nett biex tikseb l-aqwa vantaġġi li se jkunu qed jinħolqu bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Il-flusli ngħataw lil Nature Trust mill-Unjoni Ewropea taħt il-programm LIFE jikkonfermaw kemm organizzazzjonijiet Maltin, jekk ikunu preparati, jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet li jingħataw.
Danstqarru l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, L-Onor. George Pullicino f’konferenza ta’ l-aħbarijiet li matulha ngħataw aktar dettalji dwar proposta li ghamlet Nature Trust għall-proġett ta’ konservazzjoni u protezzjoni tad-Dwejra, f’Għawdex, liema proposta rebħet fondi mill-Unjoni Ewropea bħala parti mill-programm LIFE.
B’hekkl-ghaqda Nature Trust ser tibbenefika minn għotja ta’ €211,000 (madwar Lm88,000)  ghat-twettiq tal-proposta tagħha.
Fid-diskorstiegħu, il-Ministru George Pullicino filwaqt li feraħ lil Nature Trust għas-suċċess tagħha, qal li din l-għaqda għandha wkoll responsabbilta’ li twettaq il-proposta tagħha bl-aħjar mod possibli, għaliex dan għandu jservi ta’ riklam tajjeb għal proposti oħra li jistgħu jsiru fil-futur minn għaqdiet oħra Maltin.
GeorgePullicino qal li b’ko-ordinazzjoni tajba bejn il-partijiet kollha, għaqdiet Maltin ikollhom aktar possibilta’ li jieħdu l-aqwa vantaġġi mill-opportunitajiet li jkollhom quddiemhom.
Huqal li mis-sena d-dieħla, Malta mhux se tkun aktar meqjusa mal-pajjiżi li jibbenefikaw mill-programm LIFE Third Countries, bħalma bbenefikat minnu Nature Trust, iżda bħala membri tal-Unjoni Ewropea se nkunu eliġibbli biex nipparteċipaw fiż-żewġ programmi LIFE Environment u LIFE Nature.  Għal dawn il-programmi hemm ivvutati mal-€160 miljun u huma maħsuba għal proġetti li juru innovazzjoni ambjentali u l-konservazzjoni ta’ habitats u speċi importanti.
Il-MinistruPullicino qal li bħalma ġara bil-proposta ta’ Nature Trust, il-Ministeru se jkun minn ta’ quddiem biex jappoġġja proposti oħrajn li jistgħu jsiru.  Hu qal li fil-ġimgħat li għaddew, l-għaqdiet mhux governattivi kienu infurmati bi programm ta’ għajnuna tal-Gvern Ingliż imsejjaħ UK Environment for Europe Fund, u l-Ministeru rċieva erba’ proposti minn għaqdiet lokali, li se jiġu mgħoddija lill-Gvern Ingliż.
GeorgePullicino qal li l-proposta tan-Nature Trust tiffoka kemm fuq protezzjoni mill-art kif ukoll mill-baħar. Hu qal li l-Gvern hu impenjat li f’Malta jkunu żviluppati żewġ marine protected areas.
Il-Ministru George Pullicino qal li fix-xhur li ġejjin il-Gvern sejkun qed iservi ta’ katalist għal għaqdiet u gruppi oħra biex ikunu huma li jressqu ‘l quddiem proposti għall-protezzjoni tal-ambjent u jimplimentawhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow