DELEGAZZJONI GĦAWDXIJA LURA MINN SESSJONIJIET TA’ TAĦRIĠ FIL-ĠERMANJA
pr1055
17/09/2003
| Delegazzjoni magħmula minn 15-il persuna mill-Ministeru | għal Għawdex dan l-aħħar irritornat minn żjara ta’ għaxart ijiem għal sessjonijiet ta’ taħriġ fl-istat ta’ North Rhine-Westphalia, fil-Ġermanja. It-tema magħżula kienet “L-Informatika fis-Servizz Pubbliku u Żvilupp Reġjonali”. |
| Id-delegazzjoni kienet magħmula minn ufficcjali | fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex responsabbli minn servizzi korporattivi, edukazzjoni, turiżmu, l-ambjent, is-saħħa, l-immaniġġjar ta’ l-iskart u l-agrikoltura. Is-Sur Mario Calleja, id-Direttur għas-Servizzi Korporattivi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, mexxa d-delegazzjoni. Il-grupp kien residenti ġewwa Akademie Klausenhof, fil-periferija tar-raħal rurali ta’ Dingden, vicin il-fruntiera Olandiża. |
| It-taħriġ fl-informatika | huwa riżultat ta’ 15-il sena ħidma u kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Akademie Klausenhof. Matul dawn is-snin, diversi gruppi u delegazzjonijiet Għawdxin żaru l-Ġermanja u bbenefikaw minn għadd ta’ korsijiet ta’ taħriġ filwaqt li qasmu l-idejat tagħhom flimkien ma’ gruppi Ġermaniżi. Is-sena li għaddiet, grupp ta’ raħħala u ħaddiema nvoluti fil-qasam agrikolu attendew diversi laqgħat u sessjonijiet ta’ taħriġ. Matul is-sena 2001, kien imiss lil grupp ta’ individwi li jirrappreżentaw għadd ta’ għaqdiet mhux governattivi nvoluti fil-ħidma kulturali. |
| Il-laqgħat u seminars | ta’ din is-sena ttrattaw is-suġġetti ta’ monitoraġġ ta’ l-iskart domestiku, amministrazzjoni ta’ siti fuq l-internet, E-Learning, il-promozzjoni ta’ prodotti artiġġjanali kif ukoll turiżmu permezz ta’ l-informatika, kif ukoll l-immaniġġjar ta’ servizzi tas-saħħa u agrikoli. Id-delegazzjoni kellha laqgħat ufficcjali ma’ sindki mill-irħula ta’ Hamminkeln, Xanten u Rees. Id-delegazzjoni kienet ukoll il-mistiedna ta’ Herr Wolfgang Husken MP mill-parlament ta’ l-istat ta’ North-Rhine Westphalia li wkoll assistihom fi żjara ggwidata mal-parlament f’Düsseldorf. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en