DISKORS MILL-ONOR. DR. CARMELO MIFSUD BONNICI, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GHALL-GUSTIZZJA U L-INTERN WAQT ATTIVITA’ TA’ JUM IL-MOSTA – 16 TA’ SETTEMBRU, 2003
pr1053
17/09/2003
| Hija | haga tajba li l-Kunsilli Lokali gew kostitwiti ghal diversi ragunijiet fosthom ukoll ic-celebrazzjoni ta’ dan il-jum, ghax huwa minnu li minn mindu twaqqfu, minnufih bdejna narawhom jiehdu hsieb jghazlu l-gurnata li fiha tigi simbolikament imfakkra il-fondazzjoni tal-belt jew rahal partikolari taghhom. |
| Dan | huwa esercizzju tajjeb ghax sija direttament bil-hsieb kif ukoll fl-attivitajiet li jsiru, wiehed jaghti mportanza lill-aspett kulturali u storiku tal-lokal. Dan iservi ta’ mument ta’ hsieb u riflessjoni fuq dak li kien il-post u dak li huwa llum kif ukoll fejn ghandu jkun fil-jiem tal-futur. |
| Ghax | irridu naccettaw li parti ntegrali mill-iskop tal-ezistenza tal-Kunsilli qieghed proprju fil-fatt li dawn huma wkoll il-protetturi u l-promoturi tal-wirt tal-generazzjonijiet, sabiex it-tradizzjonijiet tajba u l-valuri taghna jigu ssigillati u mhux mormija jew minsija. Hemm hafna x'wiehed jista jaghmel f'din il-linja u hemm bzonn li l-kunsilli lokali bhal taghkom, mimlija b'esperjenza u hidma jimbarkaw fuqhom. Hemm patrimonju kbir fl-istorja, fl-arti u fil-folklor partikolari, li hemm sens aktar minn qatt qabel li niehdu hsieb naghtuh il-qafas halli nippreservaw. |
| Nemmen | b'qalbi kollha li l-Kunsilli ghandhom iwiegbu ghal din is-sejha nobbli u jwettqu dan id-dmir morali proprju li jiehdu hsieb jaghtu aktar mill-hin taghhom ghal dan l-ghan. Ghax dawn huma l-principji li fuqhom insibu l-ghaqda tal-poplu kollu. Mhux biss izda huma strumenti li bihom niehdu aktar hsieb innaqsu id-dozi qawwija ta’ politika li uhud mill-kunsilli taghna hadu jew qed jiehdu. |
| Il-kunsill | m’huwiex il-parlament tal-post fejn hemm opposizzjoni u gvern; izda huwa l-lok fejn il-kunsilliera eletti kollha, huma ta’ liema fehma huma, jippartecipaw u jaghtu s-sehem taghhom. Ghalhekk inharsu li nsahhu aktar lejn dak li jghaqqad post u mhux li jifred. Hawn bizzejjed firda fuq ix-xejn; u din hemm bzonn nikkumbattuha bl-gheruq u x-xniexel. Ghax ghandna naccettaw bhala fatt pruvat li fejn kien hemm l-ghaqda, il-lokal mexa b'passi aktar veloci minn dawk fejn ma kienx hemm. |
| Huwa | aktar u aktar importanti dan, ghax meta l-Kunsill jkun strument ghal gid veru tal-post jirnexxilu ma jitlifx hin tajjeb fix-xejn anzi li jmur jokkupa l-ispazji li kien destinat ghalihom. Hafna drabi naraw li certi kunsilli jahsbu li posthom huwa eskluzivament fil-politika partigjana u jiznatura r-raguni tal-ezistenza taghhom. Qed nghid dan ghax il-Kunsill m’huwiex intenzjonat sabiex iservi ta’ staffa ghall-karriera politika ta’ xi hadd; izda sabiex jaghti ezempju ta’ kif cittadini normali onesti u generuzi ta’ dawn l-gzejjer jaghtu kontribut u sehem ghal gid tal-proxxmu, mill-hin liberu taghhom u tal-familja taghhom. |
| L-istat | ihares lejn l-kunsilliera bhala l-amministraturi attenti ta’ l-istat, eletti demokratikament. Nies li ghandhom fuq spallejhom ir-responsabbilita’ li jonfqu tajjeb il-flus allokati lilhom mill-Gvern. Huma jridu juru li kapaci jonfquhom ahjar u jaghmlu uzu ahjar b'inqas hela u bid-dawl tal-kuncett ta’ l-hekk imsejjah Value for money. Jigifieri kunsill li jaf iwassal kull lira li ghandu minghajr sparpaljar billi jkun jirnexxilu jaghti lill-lokal aktar b'dik il-lira, milli kapaci jaghti Gvern centrali bil-problemi u l-burokrazija naturali li dan ghandu. |
| Mhux | biss izda li jkun hemm ukoll is-sens li l-flus fdati m’humiex intenzjonati ghal donazzjonijiet diretti jew indiretti, li m’humiex permessi bil-ligi. |
| Hemm | bzonn li nharsu l-quddiem. Kif tafu dan il-Ministeru diga’ kkommetta ruhu sabiex illum, fl-ghaxar snin tal-ezistenza tal-Kunsilli Lokali, ssir konferenza nazzjonali fejn kull min jista jaghti sehem, jaghtih; jigifieri sindki, kunsilliera, segretarji ezekuttivi, sija dawk presenti kif ukoll passati; u dan bil-ghan li nippreparaw qafas u direzzjonijiet godda ghall-kunsilli lokali tal-futur. Jekk il-kunsilli ghandhom jitghabbew b'aktar flus u poter amministrattiv u politiku, allura rridu bil-fors nidhlu f'dan il-process. Ma nibqghux nitkellmu jew nilmentaw fl-arja izda naraw kif dan jista’ jsir. Ghax l-interessi komuni tal-poplu jitolbu li l-partecipazzjoni demokratika tikber. |
| Tikber | l-ewwel billi l-ispazji kollha li ghandhom diga illum jigu okkupati u billi nharsu l-quddiem lejn skopijiet godda. Nemmnu fid-decentralizzazjoni tal-poter, nemmnu li dan ghandu jsir permezz ta’ process demokratiku u ghalhekk irridu nimpenjaw ruhna aktar fuq din it-triq, sabiex nipperfezzjonaw u nsahhu li ghandna. Inhares ‘l quddiem lejn il-pajjiz li ghandu jkollna fis-snin li gejjin, izda sabiex dan isehh hemm bzonn li s-sens ta’ responsabbilita u serjeta’ jkompli jimmatura f'dawk li qeghdin illum fil-kunsilli. Nemmen li l-kunsill tieghek sur Sindku, huwa wiehed minn dawk li jaghti ezempju u ghalhekk f'jum il-Mosta nergghu naffermaw il-bzonn ta’ politika aggornata sabiex fuq il-frott li diga’ hareg, jkompli jizdied u jitwieled frott iehor. |
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en