CAR FREE DAY NHAR IT-TNEJN 22 TA’ SETTEMBRU, 2003
pr1049
16/09/2003
| Għat-tielet sena konsekuttiva Malta se tingħaqad ma’ għadd ta’ | pajjiżi oħra għal Car Free Day li ser issir nhar it-Tnejn, 22 ta’ Settembru, 2003. Din is-sena dan l-avveniment, bit-tema ‘In Town without my car’, qed isir f’madwar 1,200 belt mifruxa f’29 pajjiż. |
| Għandna ċans uniku biex nuru kemm veru nemmnu f’ambjent | aħjar u dan nistgħu nagħmluh billi fit-22 ta’ Settembru nħallu l-karozza wara l-bieb. |
| Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, | l-Onor. George Pullicino waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ta l-aħħar dettalji dwar din l-okkażjoni. |
| Il-Ministru Pullicino qal li għalkemm din hi | inizjattiva ta’ l-Unjoni Ewropea, din is-sena qed jieħdu sehem fiha wkoll pajjiżi bħall-Arġentina, l-Brażil, il-Kanada u Tajwan. |
| Hu qal li dawn il-kampanji bdew wara li studju wera | li madwar 40% tal-emissjonijiet CO2 fil-qasam tat-trasport hu kkawżat minn karozzi privati u għalhekk jekk jikber l-użu ta’ forom ta’ trasport aktar indaf, dan iwassal għal tnaqqis ta’ konġestjonijiet tat-traffiku, tnaqqis fit-tniġġiż ta’ l-arja, tnaqqis fil-mard relatat u anke tnaqqis fil-ħsejjes. |
| Dan jista’ jseħħ permezz ta’ tibdil fl-imġieba | u l-parteċipazzjoni tal-popli f’inizjattivi bħal dawn, sostna l-Ministru George Pullicino. |
| George Pullicino qal li l-Gvern hu impenjat favur | mezzi tat-trasport aktar indaf bħalma huma karozzi ta’ l-elettriku u bħalma tħabbar qabel, inħarġet sejħa għall-offerti li tagħlaq fl-aħħar ta’ dan ix-xahar biex kull ministeru jibdel karozza milli jintużaw bħalissa ma’ waħda ta’ l-elettriku. |
| Il-Ministru Pullicino qal li sentejn ilu din l-inizjattiva | kienet saret fuq inizjattiva tal-kunsill lokali tal-Belt Valletta li kien ukoll l-uniku kunsill li pparteċipa. Is-sena l-oħra kien hemm 19-il kunsill li taw is-sehem tagħhom filwaqt li din is-sena dan in-numru tela’ għal 26. George Pullicino qal li dan jixhed l-interess dejjem jikber ta’ l-irħula u l-villaġġi tagħna għal din l-inizjattiva. |
| Matul il-jum ta’ l-attivita’, il-Belt Valletta u | l-Floriana ser ikunu magħluqa kompletament għat-traffiku bejn is-6.30 ta’ filgħodu u t-8.00 ta’ filghaxija. |
| Dawn iż-żewg kunsilli ser jorganizzaw attivitajiet | sportivi, animation shows filwaqt li sidien ta’ ħwienet ser ikunu mistiedna jarmaw imwejjed fit-toroq. |
| Minbarra li jingħalqu t-toroq, xi kunsilli qed | jieħdu wkoll inizjattivi interessanti bħalma huma open-air cinema, wirjiet ta’ karozzi tal-elettriku, tlielaq tar-roti, u logħob maħsub għat-tfal. L-Awtorita’ Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar (il-MEPA) se tkun qed tieħu kampjuni tal-arja matul il-jum u wara dan se jitqabbel ma’ jiem oħra fejn jgħaddi traffiku normali. |
| Il-Ministru Pullicino fakkar li din hi l-ewwel darba | li din l-attivita’ ser taħbat f’ġurnata matul il-ġimgħa. |
| L-attivita’ qed tkun ko-ordinata mill-Ministeru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent bl-għajnuna u l-parteċipazzjoni tal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni u tal-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern. Il-Car Free Day qed issir b’koperazzjoni sħiħa mal-pulizija, il-kunsilli lokali, l-Awtorita tat-Trasport, il-MEPA u l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku. |
| Il-Ministru Pullicino qal li t-trasport pubbliku kif | ukoll it-trasport ta’ l-iskejjel mhux ser ikun effetwat b’ebda mod. Il-Gvern u l-Membri Parlamentari ser ikunu qed jipparteċipaw ukoll f’din l-inizjattiva. George Pullicino qal li l-Prim Ministru ser jidħol il-Belt bil-karozza tal-linja, l-istess kif se jagħmlu numru ta’ ministri u membri parlamentari oħra. |
| Il-Ministru Pullicino qal li saret kampanja ta’ | tagħrif permezz ta’ billboards, posters, reklami fil-gazzetti u t-televiżjoni u parteċipazzjoni f’numru ta’ programmi fuq stazzjonijiet tar-radju u t-televiżjoni. |
Aktar tagħrif dwar din l-inizjattiva tista’ tinkiseb mingħand il-kunsilli lokali jew billi żżuru l-website www.mobilityweek-europe.org
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en