Left arrow Go Back

Xogħlijiet fi Skejjel Sekondarji

pr1033
Date Icon 11/09/2003
Il-Ministru ta’ l-EdukazzjoniLouis Galea appella lill-Kapijiet ta’ l-iskejjel kollha biex fil-bidu tas-sena skolastika ġdida, jinsistu għal tiġdid ta’ impenn u l-vokazzjoni ta’ l-edukazzjoni.
“Ir-responsabbilta’tagħna lkoll hija enormi.  Il-ħajja ta’ kull tifel u tifla f’miżura mhux żgħira tiddependi minn kull wieħed minna.  F’din is-sena skolastika, irrid li d-dixxiplina u l-ordni fl-iskejjel ta’ l-Istat tinħass aktar minn kulħadd. Il-ġenituri obbligati jikkoperaw u passi serji jittieħdu kontra kull min jabbuża fl-imġieba tiegħu fl-iskejjel.  Il-Kapijiet għandhom, sa mill-ewwel ġurnata, jirrankaw biex jimprimu fuq it-tfal, id-dixxiplina kif titlob il-politika tal-Ministeru dwar l-Imġieba Tajba u Dixxiplina fl-Iskejjel.  Il-Kapijiet għandhom mill-ewwel jieħdu passi biex jassiguraw li ma jkun hemm l-ebda tipjip jew użu ta’ ‘mobiles’ minn għallema fil-klassi u għandhom jaraw li l-imġieba u l-ilbies ta’ l-għalliema ma jdghajjifx l-impatt pożittiv tar-‘role model’ ta’ l-għalliema fuq l-istudenti.  Il-Ministeru javża wkoll lill-ġenituri biex ma jafdawx ‘mobiles’ f’idejn it-tfal għaliex dawn jiġu konfiskati.”
Dankollu sostnieħ il-Ministru Louis Galea meta  żar tlett skejjel sekondarji biex jara x-xogħlijiet li qed isiru f’dawn l-iskejjel.  Il-Ministru żar l-iskola sekondarja tas-subien Vinċenzo Buġeja ta’ Sta. Venera u l-iskejjel sekondarji tal-bniet Adelaide Ċini u Maria Assunta li jinsabu fl-istess kumpless fil-Ħamrun.
L-iskolaVinċenzo Buġeja ingħatat dehra ħafna isbaħ wara li sar xogħol estensiv fuq il-partijiet interni u esterni ta’ l-iskola.  Kull min jgħaddi minn ħdejn din l-iskola jinduna bil-bidla li seħħet tul dawn l-aħħar xhur, biex issa x-xogħlijiet kważi tlestew u jonqos biss ftit xogħlijiet ta’ finitura u tindif qabel ma l-iskola tiftaħ il-bibien tagħha għall-istudenti, meta jibdew l-iskola fit-22 ta’ dan ix-xahar.
Fl-ewwelfażi tal-proġett, f’din l-iskola sar xogħol ta’ ridekorazzjoni u mmodernizzar ta’ l-iskola kollha; kamra awdjo-viżwali; lift ġdid u faċilitajiet oħra biex titjieb l-aċċessibilita’; xogħol strutturali u finitura tal-boundary wall li jinkludi l-‘gates’ ta’ l-iskola; ‘landscaping’ tal-ġonna; bdil tal-bibien ewlenin; titjib tas-sistema ta’ l-ilma; u xogħol strutturali ieħor fuq il-faċċata.  Bi qbil mas-surmast ta’ l-iskola saru arranġamenti biex ix-xogħol fuq bdil ta’ l-aperturi kollha nterni ikun jista’ jsir fix-xhur li ġejjin wara l-ħinijiet ta’ l-iskola.
L-iskejjelsekondarji tal-bniet Adelaide Ċini u Maria Assunta jinsabu biswit xulxin f’kumpless kbir li jinkludi wkoll skola speċjali u l-bini tal-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu.  Minħabba ħsarat strutturali serji li kien hemm f’żewġ blokki ta’ l-iskola Adelaide Ċini,  kien hemm bżonn ristrutturar taż-żewġ skejjel, biex flimkien ikunu jistgħu jilqgħu l-istudenti. Fil-fatt il-klassijiet mill-Form 1 sal-Form 4, se jkunu qed jużaw il-bini ta’ l-iskola Maria Assunta; filwaqt li dawk tal-Form 5 se jkunu qed jużaw blokk fl-iskola Adelaide Ċini.  Għal dan l-iskop saru diversi xogħlijiet biex filwaqt li jkun hemm ir-riżorsi edukattivi u anċillari li hemm bżonn, ikun hemm ukoll titjib ġenerali tal-faċilitajiet.
Bħalissaqed isir xogħol f’kull blokk ta’ l-iskola biex fi ftit jiem oħra l-istudenti jirritornaw l-iskola b’mod kemm jista’ jkun tajjeb u f’ambjent aċċettabbli.  F’dan l-istadju, il-proġett ta’ l-iskejjel Adelaide Ċini u Maria Assunta jinkludu:  immodernizzar u titjib tal-blokk amministrattiv; bdil tal-faċilitajiet sanitarji (aktar minn 50 toilet); titjib tas-sistema tad-dranaġġ; mmodernizzar u ridekorazzjoni tal-klassijiet, kuruduri u spazji oħra; titjib tal-Canteen ta’ l-istudenti;  titjib tal-faċilitajiet għall-għalliema; żbir tas-siġar kollha; u mmodernizzar tal-laboratorji (xogħol li se jibqa’ għaddej sa Ottubru).
Il-MinistruLouis Galea qal li minkejja li l-għeluq taż-żewġ blokki ta’ l-iskola Adelaide Ċini ma kienx previst, hu sodisfatt li fi ftit ġimgħat l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) flimkien mat-tmexxija ta’ l-iskola rnexxielha twettaq programm kbir ta’ xogħlijiet.  Il-Ministru qal li kellu diversi laqgħat mal-kap u t-tmexxija ta’ l-iskola biex ikun hemm koordinament ta’ l-appoġġ li hemm bżonn biex jitwettaq il-programm edukattiv b’mod normali.
Bl-iskopli l-ftuħ ta’ din is-sena skolastika jiġi mmexxi aħjar, id-Diviżjoni awtorizzat li d-dħul ta’ l-istudenti jiġi mifrux fuq tlett ijiem.  Il-Kap ta’ l-iskola s-Sur Ray Vella diġa’ iltaqa mal-ġenituri tal-istudenti tal-Form 1.  Il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi din is-sena wkoll ser tkun qed tappoġġja l-iskola bi programmi ta’ litteriżmu u appoġġ ieħor lill-għalliema.
Il-Ministru Louis Galea pubblikament fisser l-apprezzamenttiegħu għall-impenn tal-kapijiet ta’ l-iskejjel, it-‘team’ tagħhom u l-‘minor staff’, li waqt il-vakanzi tas-sajf baqgħu jsegwu x-xogħol li kien qed isir fl-iskejjel tagħhom f’Malta u Għawdex.  Dan kien importanti biex kemm jista jkun l-iskejjel ikunu preparati kif suppost għas-sena skolastika.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow