IL-KUMMISSARJU GHOLI MALTI FL-AWSTRALJA JILTAQA’ MA’ MALTIN LI NTLAQTU MIN-NIRIEN LI HAKMU CANBERRA FIT-18 TA’ JANNAR
PR103
28/01/2003
| Nhar is-Sibt, 25 ta’ Jannar, 2003, il-Kummissarju Gholi Malti fl-Awstralja, | Dr. Ivan Fsadni, akkumpanjat mis-Sur Fred Flask, President tal-Maltese Australian Association of Canberra and Queanbeyan, iltaqa’ ma’ bosta familji Maltin li ntlaqtu hazin fil-bushfires li hakmu Canberra gimgha qabel. |
| Fost il-familji li zar il-Kummissarju Gholi tkellem | mal-familja Borg Caruana, mal-familja Tonna, u mal-familja Muscat. Wara dawn iz-zjarat fis-subborgi ta’ Canberra, fejn il-membri tal-komunita’ Maltija iddeskrivew x’danni sofrew fil-proprjeta’ taghhom, il-Kummissarju Gholi stieden lil dawn il-Maltin fil-Kummissjoni Gholja fejn, flimkien mas-Sur Fred Flask, iddiskutew x’ghajnuna prattika setghet tinghatalhom fic-cirkustanzi prezenti taghhom. |
| Il-Kummissarju Gholi esprima s-sens ta’ solidarjeta’ | tal-Maltin, kemm dawk fl-Awstralja kif ukoll f’Malta, ma’ dawn huthom fil-waqtiet daqstant difficli li jinsabu fihom bhalissa. Huwa semma l-interess li wrew bosta li cemplu u kitbu sabiex jiksbu taghrif fuq qrabathom u hbieb taghhom gewwa l-Awstralja. |
| Minn-naha taghhom il-familji Borg Caruana, Tonna u | Muscat qalu li l-ispirtu ta’ solidarjeta’ li ntwera maghhom, mhux biss mill-familji taghhom u mill-girien, izda minn huthom il-Maltin fl-Awstralja u f’Malta, ghenhom jibdew jissuperaw ix-xokk li soffrew fid-18 ta’ Jannar li ghadda. Huma raddew hajr lill-Kummissarju Gholi u lill-istaff tieghu, kif ukoll lis-Sur Fred Flask u l-membri tal-kumitat tieghu ghall-interess li urew fil-qaghda taghhom fil-granet li ghaddew. |
Other Press Releases:
PR261932
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Kważi n...
PR261931