Left arrow Go Back

Stqarrija mill-Vici Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali

pr1026
Date Icon 09/09/2003
Illum il-UHM ordnat azzjoni industrijali fl-agenzija Appogg bir-rizultatli numru ta’ klienti ma setghux jinqdew mis-servizzi ta’ l-agenzija. Dawn il-klienti jinkludu tfal vittimi ta’ abbuz, persuni vittmi ta’ vjolenza u persuni bi problemi matrimonjali.
Danil-Ministeru jtenni li m’hemm l-ebda gustifikazzjoni - la legali u wisq anqas morali - ghal dawn l-azzjonijiet industrijali.
Kienetil-UHM stess li qajmet l-ostakolu ghall-ghoti tad-decizjoni tat-Tribunal Industrijali fis-seduta tat-3 ta’ Settembru. Kieku din l-oggezzjoni ma tqajmitx kieku l-kaz kien ikun deciz dak in-nhar. Il-UHM taf li din l-oggezzjoni tissolva skond il-ligi, billi c-Chairman tat-Tribunal jinbidel kif previst fil-ligi stess.
Ghall-informazzjonital-pubbliku, ic-Chairman tat-Tribunal iddecieda li jirrikuza lilu nnifsu u minfloku gie mahtur Dr Joe Bonnici bhala Chairman. Is-seduta li jmiss biex jinstema l-kaz giet iffissata ghad-19 ta’ Settembru 2003.
Allural-pubbliku u l-klienti ta’ l-Appogg ghandhom id-dritt kollu jistaqsu lill-UHM u l-membri kollha taghha: x’inhi r-raguni vera ghal din l-azzjoni kapriccjuza, li m’hi taghmel xejn hlief tikkawza hsara rreparabbli lil min hu diga dghajjef, kif ukoll ittellef il-kredibilita tal-professjoni nnfisha?
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow