Reġistrazzjoni ta’ art agrikola minn bdiewa residenti f’Ħaż-Żabbar
PR09
06/01/2003
| Il-Ministeru ta’ l-Agrikultura u s-Sajd qed iniedi eżerċizzju biex | l-art kollha agrikola f’Malta (ta’ kull daqs) tkun reġistrata. |
| Għal dan l-iskop, kull min jaħdem xi art agrikola f’Malta | (jew f’Għawdex) u hu residenti f’Ħaż-Żabbar, għandu jirreġistra din l-art mad-Dipartiment ta’ l-Agrikultura. Dan is-servizz se jingħata bla ħlas. |
| Uffiċjali mid-Dipartiment ta’ l-Agrikultura se | jkunu fl-Uffiċċju ta’ l-Extension Service, Triq il-Kunvent, Ħaż-Żabbar (ħdejn iċ-Ċentru Ċiviku), mit Tnejn, 13 ta’ Jannar 2003, sal-Hadd, 16 ta’ Frar 2003, fil-ħinijiet imniżżla hawn taħt; |
| Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mis-7:00 ta’ filgħodu sa | nofs in-nhar u mill-4:00 sas-7:00 ta’ filgħaxija |
| Is-Sibt u l-Ħadd: mis-7:00 ta’ filgħodu sa nofs | in-nhar |
| Il-bdiewa għandhom jieħdu magħhom il-Karta ta’ | Identità, kif ukoll xi dokumenti relevanti għall-art li tinħadem bħalma huma l-biljett tar-raba’ u l-pjanta tar-raba’ jekk hu possibbli. Bdiewa li ma jkollomx l-art tagħhom ireġistrata f’dan l-eżerċizju ta’ reġistrazzjoni jistgħu ma jikkwalifikawx għal skemi ta’ għajnuna. Se tingħata pjanta ta’ l-art li jaħdem il-bidwi biex tinżamm bħala riferenza għall- quddiem. F’każ ta’ xi diffikultà wieħed jista’ jċempel il-Ministeru ta’ l-Agrikultura u s-Sajd, Taqsima tal-IACS, fuq in-numru tat-telefon 21225236. |
Other Press Releases:
PR261931
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...
PR261930en