Left arrow Go Back

AĠĠUSTAMENT FIL-PREZZ TAL-PRODOTTI TAŻ-ŻEJT

PR01
Date Icon 02/01/2003
Hekk kif kien speċifikat fid-diskors tal-budget ta’ l-2002,mill-1 ta’ Jannar tas-sena li għaddiet bdiet titħaddem ‘formula’ sabiex il-prezzijiet tal-prodotti taż-żejt f’Malta jirreflettu ċ-ċaqlieq fil-prezz taż-żejt fis-suq internazzjonali. Din il-‘formula’ diġà ġiet applikata tliet darbiet fis-sena 2002, f’April, f’Lulju u f’Ottubru. Issa li dħalna fis-sena 2003, din il-formula qed terġà tiġi applikata biex tkopri ċ-ċaqlieq fil-prezz taż-żejt tul l-aħħar tliet xhur, preċiżament mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru 2002.
Fuq dawn l-aħħar tliet xhur, il-prezzinternazzjonali taż-żejt wera` żieda, filwaqt iżda, li naqas il-valur tad-dollaru fil-konfront tal-Lira Maltija. Dan għalhekk naqqas mill-impatt effettiv taż-żieda fil-prezz taż-żejt f’Malta.
Għalhekk abbażi tal-formula hawn fuqimsemmija (li, kif kien spjegat fil-budget, tinkludi ukoll aġġustament bejn il-prezz tal-petrol u dak tad-diesel) u minħabba ċ-ċaqlieq fil-prezz internazzjonali taż-żejt tul dawn l-aħħar tliet xhur, il-prezzijiet tal-prodotti taż-żejt f’Malta ser jiġu aġġustati, b’effett immedjat, hekk kif ġej:
Petrol bla ċomb (unleaded) 35.7c kull litruLRP (Lead Replacement Petrol) jew leaded 38.7c kull litru EN590 diesel 24.9c kull litru Pitrolju (kerosene) 12.8c kull litru

Dan ifisser :

Tnaqqis fil-prezz tal-petrol (bla u biċ-ċomb kif ukoll LRP) ta’ 0c9 (disgħa milleżmi) fil-litru. Żieda fil-prezz tad-diesel ta’ 1c1 (ċenteżmu u milleżmu) fil-litru u żieda f’dak tal-pitrolju ta’ 0c1 (milleżmu) fil-litru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozzi leġiżlattivi biex tkompli tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika

PR261931

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI Żewġ abbozz...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION OF THE ELECTORAL PROGRAMME  Malta Miegħek: Funding increased for music education in band clubs and voluntary organisations working with youths

PR261930en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR YOUTH, WELLBEING AND THE IMPLEMENTATION O...

More Press Releases Right arrow