Left arrow Go Back

Saħħa u SiġurtÀ fl-Iskejjel

PR995
Date Icon 18/07/2002

55 għalliem ingħataw ċertifikat għall-kors "Managing Safely" organizzat mill-Istitut għas-Saħħa u s-Sigurtà, flimkien mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni aktar kmieni din is-sena.

Il-kors ta' 40 siegħa, kien jinkludi dawn it-temi:

    • Health and Safety Management
    • Safety Management System
    • Health & Safety Training Development
    • Managing the Emergency (Legal requirements of First-Aid and basic concepts and principles).
    • Managing the Emergency (Leadership, support agencies)
    • Risk Assessment and Risk Control
    • Occupational Health (work-related illnesses resulting from hazardous substances, manual handling, unsafe working practices etc.)
    • Chemistry of Fire, extinguishing fires forced evacuation
    • Personal protective equipment
    • Health and Safety legislation

Il-Ministru ta' l-Edukazzjoni, l-Onor. Louis Galea tkellem dwar l-importanza li fl-iskejjel nippromwovu s-saħħa u sigurtà biex kemm l-istudenti kif ukoll l-għalliema u l-istaff, ikunu dejjem f'ambjent san u protett.

Il-Ministru qal li fil-bidu ta' din il-legislatura (1999) bdew jinħatru numru ta' għalliema li jieħdu ħsieb is-saħħa u s-sigurta' (health and safety teachers) u sal-lum hemm 51 għalliem fl-iskejjel sekondarji u għalliem għal kull regjun, fil-livell primarju. Il-Ministru qal li sa Settembru li ġej, in-numru ta’ persuni certifikati għandu jitla’ għal madwar 60 għalliem.

Il-Ministru qal li l-Gvern, sa mill-1992 beda jaħdem biex is-saħħa u sigurtà fl-iskejjel tagħna tkun indirizzata. Dik is-sena inħoloq il-grad ta' Health and Safety Education Assistant. Fl-1995 dan il-grad ingħata aktar importanza billi ġie mgħolli għal grad ta' Education Officer. Bil-passi li ttieħdu mill-Gvern, pajjiżna qiegħed minn ta' quddiem f'dan il-qasam, fl-iskejjel.

F'Marzu li għadda, l-aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà ħarġet stqarrija intitolata "Start young - Stay safe" li l-messaġġ ewlieni tagħha kien li l-edukazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà trid tibda fl-iskejjel u jekk l-iskejjel jirnexxielhom jagħtu lill-istudenti tagħhom bażi tajba, dan jiswielhom għall-futur tagħhom, kemm fuq il-post tax-xogħol kif ukoll fil-ħajja ta' kuljum.

Il-Ministru qal li meta nitkellmu dwar s-saħħa u s-sigurtà malajr naħsbu li din hi xi tema li tolqot biss lill-ħaddiema tal-fabbriki u dawk fil-kostruzzjoni. Is-saħħa u s-sigurtà trid tkun parti minn ħajjitna ikun x'ikun ix-xogħol tagħna, kemm jekk int mara tad-dar kif ukoll jekk int direttur ta' intrapriża, kemm jekk taħdem f'uffiċċju kif ukoll jekk taħdem f'barriera. Hu għalhekk li l-edukazzjoni, f'età żgħira, dwar s-saħħa u s-sigurtà hi essenzjali, qal il-Ministru.

Louis Galea tenna li madankollu mhux biżżejjed li wieħed ikun jaf u li jkollu l-materjal u s-sistemi kollha li għandu bżonn jekk imbgħad minħabba apatija jew traskuraġni ma ngħatux kaz, ma nużawx is-sistemi u l-materjali li għandna, u ma nwettqux fil-prattika dak li nkunu tgħallimna. Dan ifisser li kulħadd irid jagħmel il-parti tiegħu. Jekk qed indaħħlu sistema ta' prevenzjoni tan-nar fi skola, kulħadd irid jieħu interess u jitgħallem kif taħdem is-sistema, mill-kbir sa ż-żgħir, kulħadd skond il-kapaċità tiegħu.

Il-Ministru qal li l-Gvern qed jinvesti dejjem aktar flus fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fl-iskejjel tagħna. Dan l-investiment qed ikompli jiżdied bix-xogħol li qed jitwettaq permezz tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada, li fis-snin li ġejjin se tkun qed timmodernizza l-iskejjel kollha ta' l-Istat, biex l-ambjent fihom ikun wieħed addattat, san u protett.

Hu qal li l-fondazzjoni mhux biss se tkun qed ittejjeb l-ambjent fiżiku u viżibbli imma se tara li l-iskejjel ikollhom livelli ta' dawl u ċirkolazzjoni ta' arja tajba. Il-Ministru qal li dan is-sajf se jibda x-xogħol fl-iskola sekondarja F.X. Attard, li tinsab fl-inħawi tal-Marsa. F'din l-iskola se jsir proġett biex l-arja tkun aktar nadifa. Fl-iskola se ssir sistema ta' ventilazzjoni b'filters apposta, li se twassal l-arja nadifa fil-klassijiet kollha. L-arja se tkun ippurifikata u kondizzjonata biex il-klassijiet ikunu jistgħu jibqgħu magħluqa meta l-arja barra tkun imniġġsa. Dan, qal il-Ministru, huwa eżempju ta' kif l-ambjent fl-iskejjel tagħna iridu jitjiebu b'mod komplet.

Il-Ministru semma wkoll uħud mill-inizjattivi li ttieħdu, u li jinkludu:

    • Titjib fis-sistemi ta' prevenzjoni u tifi tan-nar

    • Implimentar ta' pjan ta' evakwazzjoni fl-iskejjel

    • Ġimgħat dwar is-saħħa u s-sigurtà għall-istudenti u l-ġenituri tagħhom

    • Risk assessment fl-iskejjel sekondarji

    • Taħriġ għall-għalliema

    • Xiri ta' tagħmir

    Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

    Other Press Releases:

    STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

    PR261926

    STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

    PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

    PR261925EN

    PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

    More Press Releases Right arrow