kantant malti jiehu sehem fil-Festival MUF+VOBAN fi Zrenjanin -Jugoslavja
Bejn il-hamsa u s-sebgha ta' Lulju il-kantant Malti Lawrence Gray kien ir-rapprezentant Malti fil-Festival MUF+VOBAN fil-Jugoslavja.
Il-Festival sar fi tlett ijiem u ippartecipaw fih tmienja u tletin kantant. Dsatax minnhom kienu mill-Jugoslavja u l-kantanti mistiedna fost l-ohrajn kienu mit-Turkija, ir-Repubblika Ceka, Cipru, il-Macedonja, il-Germanja u l-Ukrajna.Malta inghatat l-opportunità li tippartecipa f'dan il-festival wara l-ftehim ta' reciprocità li kien intlahaq bejn il-Kumitat Organizzattiv tal-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija u l-Organizzaturi tal-Festival Muf+Voban.
Fil-fatt fl-ahhar edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija, il-Jugoslavja kienet wahda mill-pajjizi mistiedna.
Lawrence Gray rega' ta prova tat-talent kbir li ghandhom il-kantanti Maltin. B'interpretazzjoni eccellenti tal-kanzunetta "What Happened to our Love", kliem ta' Alfred C. Sant u muzika ta' Ray Agius, Lawrence Gray gie ikklassifikat fil hames post u rebah il-premju "City of Zrenjanin" li huwa it-tieni l-iktar premju prestiggjuz li gie moghti f'dan il-Festival.
Waqt dan il-Festival Lawrence Gray kien milqugh tajjeb hafna mill-pubbliku prezenti u anke gie mitlub jaghti diversi intervisti fuq stazzjonijiet televizivi Jugoslavi.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN