Left arrow Go Back

PROĠETT BIEX TITTAFFA L-PROBLEMA TA' L-ILMA TAX-XITA FI TRIQ IS-SWIEQI

PR986
Date Icon 17/07/2002

IIl-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Dr. Francis Zammit Dimech flimkien mal-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, l-Onor. Censu Galea llum żaru xogħlijiet li qed jitwettqu fi Triq is-Swieqi, Swieqi.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li x-xogħol li qed jitwettaq f'din it-triq, juri l-ko-operazzjoni fil-prattika li teżisti bejn il-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni u l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.

Francis Zammit Dimech qal li x-xogħlijiet fi Triq is-Swieqi kienu ippjanati sa mill-1996, iżda bil-bidla fil-Gvern dan il-proġett kien twaqqaf. Wara li rega' tela' l-Gvern prezenti fl-1998, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura reġa' ta spinta lil dan il-proġett. Saru l-pjani u l-pjanti b'konsultazzjoni u kooperazzjoni mad-Dipartiment tat-Toroq u beda jitwettaq ix-xogħol.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li x-xogħlijiet f'din il-parti tas-Swieqi jikkonsistu fil-bini ta' storm water culvert minn Triq is-Sidra għal Triq is-Swieqi. Hu qal li bħala parti mill-proġett inbidlet is-sistema tad-drenaġġ, inbena service duct għas-servizzi tal-Maltacom, il-Melita Cable u l-Korporazzjoni Enemalta, inbidlet is-sistema tal-provista ta' l-ilma għal waħda dual, qed isiru bankini ġodda u qed jingħata kisi mill-ġdid tat-triq bit-tarmak. Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-parti sew tax-xogħol kien qed isir mill-Ministeru tat-Trasport u Komuikazzjoni filwaqt li l-Ministeru tar-Riżorsi u l-Infrastruttura kien qed jikkoordina l-proġett.

Francis Zammit Dimech fakkar li din it-triq dejjem batiet mill-problemi ta' l-ilma tax-xita. Għalhekk kien meħtieġ li jitwettqu dawn ix-xogħlijiet b'mod estensiv. Hu qal li bħalissa kien qed jingħata l-ewwel saff ta' tarmak fil-parti ta' bejn Triq is-Sidra u Triq il-Marbat. Qal ukoll li kienet inbdiet l-aħħar fażi tax-xogħlijiet bejn Triq is-Sidra u t-triq li tagħti għall-wied. Il-Ministru Zammit Dimech qal li hu ppjanat li x-xogħlijiet kollha jitlestew sal-bidu tax-xitwa.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura irringrazzja lill-kollega tiegħu l-Ministru Censu Galea ta' l-interess li ha f'dan il-progett u awgura lir-residenti tal-lokalità biex wara l-inkonvenjent li sofrew biex sar dan il-progett, ikunu jistgħu jgawdu mir-riżultati li proġett bħal dan iħalli fuq il-mod ta' kif jgħixu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow