Left arrow Go Back

Inawgurazzjoni tal-Monument Vilhena

PR975
Date Icon 12/07/2002

Waqt li kien qed jinawgura ufficjalment il-Monument Vilhena fil-Furjana, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Francis Zammit Dimech qal li meta l-Gvern preżenti ddeċieda li jinkludi l-Floriana fil-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, ħa dan il-pass biex anke din il-belt fortifikata ta’ pajjizna tgawdi, flimkien mal-bliet fortifikati l-oħra ta’ Malta, minn proġetti ta’ restawr u riabiltazzjoni.

Francis Zammit Dimech qal li l-proġett ta’ restawr tal-monument Vilhena hu bla dubbju ta’ xejn l-aktar proġett importanti ta’ restawr li qatt sar fil-Floriana. Hu fakkar li għalkemm kienu saru diversi proġetti oħrajn ta’ restawr, fosthom ir-restawr tal-funtana ta’ Wignacourt u fil-Knisja Parrokjali tal-lokalita’, il-monument ta’ de Vilhena għandu importanza kbira kemm minħabba s-simboliżmu tiegħu u kemm għas-sbuħija artistika tiegħu. Hu qal li dan il-proġett sewa lill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta Lm18,000 iżda ma kienx hemm dubbju li kull lira li ntefqet kienet investiment biex dan il-monument jibqa’ konservat għal numru ta’ snin. Hu qal li x-xogħol ta’ restawr sar minn Sante Guido u l-ħaddiema tiegħu li, bħal dejjem, kien wieħed impekkabli.

Il-Ministru għar-Rizorsi u l-Infrastruttura qal li fi ftit jiem se jibda x-xogħol ta’ restawr ta’ żewg monumenti importanti oħra dak tal-funtana ta’ l-Ajkla fil-Ġnien tal-Mall u l-funtana ta’ l-Iljun.

Francis Zammit Dimech qal li biex titkompla l-ħidma li saret meta l-Ġnien Re Ġorġ V inbidel mill-istat ta’ zdingar li kien f’Ċentru Rekreattiv ta’ l-ogħla kwalita’ il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta se jwettaq proġett ta’ titjib tal-Mall. Hu qal li għal dan il-għan kienu tressqu pjanti għall-approvazzjoni tal-MEPA.

Il-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta se jibda dan il-proġett appena jkollu l-permessi neċessarji.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li bħalissa fil-Floriana qed isiru diversi xogħlijiet oħra filwaqt li qed jitħejja dak kollu meħtieġ biex tkun restawrata l-Knisja ta’ Sarria, proġett li tfisser bħala wieħed komplikat u diffiċli iżda li jrid isir.

Il-Ministru għar-Rizorsi u l-Infrastruttura qal li l-Floriana llum qiegħda tgawdi ukoll mill-investiment li l-Gvern preżenti qed jagħmel biex ikun restawrat u riabilitat bini storiku f’pajjiżna. Qal li dan l-impenn favur il-wirt storiku għandu jkompli jagħmilna kburin minn dak li ħallew ta’ qabilna u jimbuttana biex dak li writna inħalluh aħjar.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech inawgura x-xogħol ta’ restawr tal-Monument Vilhena fil-preżenza ta’ Dona Luisa Manoel de Vilhena.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow